Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109
opinjoni 12 analiżi kummerċjali IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 • illum PINTA BEER FESTIVAL 2024 Ċelebrazzjoni ta' birra, mużika, u divertiment fil- Belt Kapitali Jitnieda Perlina TV – app ġdida bi programmi u logħob interattiv bil-Malti għat-tfal Għad m'għandekx idea fejn ħiereġ illejla? Ma jimpurtax! Il-Pinta Beer Festival irritorna għat-tielet sena konsekuttiva billi jittrasforma l-Ġnien Laparelli fil-Belt Valletta f 'ġenna għal dawk li jħobbu l-birra. Bl-appoġġ tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, dan l-avveniment qed joffri aktar minn 300 birra kemm lokali u internazzjonali. Jonathan Pace, id-Direttur tal-Festival, esprima l-eċitament tiegħu fil-bidu tal-ġimgħa billi ħabbar li l-avveniment se jkun mimli mhux biss bil-birra. "B'firxa wiesgħa ta' birer, divertiment, u karatteristiċi ġodda bħaż-żona tal-Club Night, hemm żgur xi ħaġa għal kulħadd. Se tkun ċelebrazzjoni li ma tinsa qatt," qal Pace. Fil-fatt, minbarra l-birra, il-Festival qed joffri wirjiet ta' bands lokali, logħob interattiv, u workshops. Iż-żona l-ġdida tal-Club Night turi serati tematizzati, filwaqt li ż-żona għat-tfal hija mimlija bil-karusell, esperjenzi virtwali, u aktar. Mela ċċaqlaq minn hemm u mur iċċelebra l-birra, il- mużika, u l-komunità fil-Belt Valletta. Sharp Shoot Media, kumpanija b'20 sena esperjenza fit-televiżjoni lokali, illum nediet Perlina TV. Din hija app ġdida bi programmi divertenti u esklussivi għall-istess pjattaforma diġitali, li se jkunu kollha kemm huma bil-Malti, u li l-għan tagħha huwa li t-tfal ikollhom post sigur fejn jistgħu jieħdu gost isegwu u jitgħallmu. Dan il-materjal awdjoviżiv se jkun adattat għal tfal li għandhom sa seba' snin. Din il-pjattaforma se tkun simili għal pjattaformi diġitali popolari tat- televiżjoni bħal Disney u Netflix, u fiha se jkun hemm kontenut ġdid li se jkun qiegħed jiżdied minn xahar għal ieħor. Fost l-oħrajn, se jkun hemm xow bil-pupazzi, sensiliet animati oriġinali, kif ukoll diversi karattri li se jkunu qed iduru madwar Malta u Għawdex biex ilaqqgħu lit-tfal mal-istorja u l-kultura tagħna. Dawn huma wħud mill-programmi u l-logħob li se jkun hemm f 'Perlina TV: Għall-ewwel darba se jkollna xow magħmul minn pupazzi li jgħixu f 'razzett, u li flimkien se jesperjenzaw avventuri ħelwin filwaqt li jitgħallmu jgħixu flimkien f 'armonija. Frattarija se jlaqqagħna ma' tmien karattri partikolari li permezz tagħhom se niltaqgħu ma' xi sfidi tal-ħajja waqt li jedukawna fuq għadd ta' suġġetti. Fis-sensiela animata ġdida msejħa F'Ħajt tas-Sejjieħ se naraw grupp ta' annimali indiġeni li nsibu fil- kampanja lokali. Dawn se jgħallmu lit-tfal diversi affarijiet, bħan-numri, il- kuluri, l-istaġuni u l-ġranet tal-ġimgħa, b'kanzunetti miktubin apposta. Din is-sensiela animata se tkun fuq livell li t-tfal imdorrijin jaraw fuq pjattaformi barranin, iżda li f 'dan il-każ se tkun bil- Malti. Linu Perlinu huwa karattru ħelu ieħor, li b'entużjażmu ta' tfajjel ċkejken se jkun qed jiskopri diversi postijiet ta' interess għat-tfal, filwaqt li jitgħallem x'hawn madwarna fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Se jkunu qed jitwasslu għadd ta' stejjer għal qabel jorqdu t-tfal. Din hija sensiela mmirata sabiex it-tfal jitgħallmu japprezzaw stejjer minn awturi lokali, huma u jisimgħu diversi personalitajiet jaqrawlhom dawn l-istejjer, li se jkunu animati bl-istampi li jżewqu l-ktieb. Se nidħlu wkoll Fid-dinja ta' Faqqusu; sensiela maħduma bit-teknoloġija tar- realtà virtwali li se teħodna f 'dinja surreali għal tfal ta' età bikrija. Permezz ta' diversi lwien u oġġetti se nkunu qegħdin nolqtu wkoll l-attenzjoni ta' tfal bi bżonnijiet differenti. Faqqusu u Perla huma żewġt itfal li jgħixu fi rħula mdawrin bil-ġugarelli, u se jkunu qegħdin iwasslulna logħob Malti varjat, kif ukoll in-numri u l-ittri bil-Malti. Se jkun hemm ħafna iktar programmi interessanti, bħall-Istejjer tan-Nannu, li se tkun sensiela bbażata fuq ħrejjef popolari, iżda li se jkunu b'laqta iktar lokali. Sharp Shoot Media se tkun qed tuża l-esperjenza u l-kreattività biex kull tifel u tifla jkollhom l-opportunità jitgħallmu l-Malti permezz ta' programmi awdjoviżivi, tant li 'l quddiem se jsiru xi proġetti mmirati għal tfal b'abbiltajiet differenti wkoll. Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed ukoll jagħti s-sostenn tiegħu lejn din il-pjattaforma ġdida. Is-Sur Albert Marshall, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill, kompla jżid kemm hu importanti li jitwieldu inizjattivi bħal dawn. Dan għaliex, apparti fl-importanza nazzjonali li qiegħda tingħata lil-lingwa nazzjonali, dawn l-inizjattivi se jkunu qed joħolqu wkoll opportunitajiet għal artisti lokali, li issa għandhom post ieħor fejn jistgħu jesprimu t-talenti tagħhom. Perlina TV se jkun aċċessibbli għall- pubbliku minn Novembru li ġej.