Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109
intervista illum • IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 07 GĦALIEX GĦAŻILT LI TOĦROĠ GĦAL DIN IL-KARIGA? Dan huwa mument delikat għall-Partit Laburista. It-tiġdid li għaddejjin minnu mhux qed isir f 'vaku, imma fir-retroxena hemm riżultat elettorali li minkejja li baqa' pożittiv bagħat sinjali ċari. Iż-żmien li ġej mhux ħa jkun faċli u hemm ħafna xi jsir sabiex nerġgħu nkunu forza politika progressiva b'saħħitha. Madankollu jien qatt ma bżajt mill-isfidi, anzi jkunu dawn il-mumenti li aktar ikattru fija l-enerġija u l-entużjażmu. Għal min iħobb l-ideali li fuqhom imsejjes il- Partit, l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa li nab-bandunaw lil dan il-proġett li bdejna u bnejna flimkien. Kien ikun faċli għalija nibqa' gallarija imma min jafni jaf li dak mhuwiex in-natural tiegħi. Jiena l-Partit nafu. Issa li għaddew aktar minn għoxrin sena ta' attiviżmu dirett fil-Partit, kemm fiż-żgħażagħ, kumitati lokali u distrettwali, Kunsilli u l-Eżekuttiv tal-Partit fost l-oħrajn, nista' nagħraf fejn hemm it-tajjeb u fejn hemm x'jinbidel. Għalhekk ħassejt li dan kien propju l-mument li għandi nersaq 'il quddiem ħalli fejn hemm is-sewwa nibnu fuqu u fejn hemm il-ħażin nirranġawh. Bħala Partit ma nistgħux noqogħdu lura milli nkunu awtokritiċi u ningħalqu fina nfusna. Anzi dan huwa l-mument li npoġġu bilqiegħda ma' dawk li qed ilissnu kritika ġenwina fi dja-logu miuħ u onest. X'TIXTIEQ TAGĦMEL JEKK TIĠI ELETT? Ir-riċetta li għandu bżonn il-Partit Laburista mhijiex waħda kumplessa għalkemm for-si diffiċli. Irridu nibqgħu partit miuħ. It- tentazzjoni li ningħalqu fina nfusna hemm qiegħda imma tkun it-triq li se twassalna għat-telfa. Ma nistgħux nibżgħu milli naffrontaw il-mistoqsijiet diffiċli. Fuq kollox għalhekk qegħdin hemm, biex noffru viżjoni għal pajjiżna u tmexxija deċiżiva. Hemm bżonn nerġgħu nkattru d-diskussjoni wkoll fi ħdanna. Niakar żmien mhux wisq 'il bogħod fejn il- fergħat u l-kumitati jressqu 'l quddiem proposti u ħsibi-jiet politiċi anke permezz ta' mozzjonijiet fil-Konferenza Ġenerali. Huwa dak il-partit ħaj u dinamiku li rrid nerġa' nara u li se nkun qed naħdem għalih. Meta partit jinxef mill-ideat jispiċċa jmut mewta naturali. Hekk ġara lill-Partit Nazzjonalista u dak li mhux se nħalli li jiġri lilna. U ħa nkun ċar, hemm bżonn li nibqgħu nressqu n-nies lejna. Li nagħtu spazju lil dawk in-nies ġenwini li jridu jaħdmu, li jaħdmu. Ħadd mhu għar-rimi u kulħadd huwa validu, speċjalment dawk l-attivisti ta' dejjem li taw ħajjithom għall-Partit. GĦALFEJN GĦANDHOM JIVVUTAW GĦALIK ID-DELEGATI? Jien tifel tal-Partit u l-Partit nafu. Naf u għext parti importanti tal-istorja tiegħu. Kont hemm anke fi żminijiet ibsin fl-oppożizzjoni u l-kważi rebħiet. Kont hemm ukoll mill-bidu tal-bidliet li wettaqna sabiex għamilnieh Partit rebbieħ. Noffri garanzija waħda u unika. Li miegħi kulħadd jista' jaħdem, li l-isforzi u l-ilħna ta' kulħadd se jsibu spazju. Jiena bandiera waħda qiegħed inxejjer, dik tal- Partit Laburista. Nemmen ukoll li nista' nservi ta' katalist tad-diskussjoni u l-qsim tal-ideat. Mil- laqgħat li qiegħed ikolli mad-delegati u attivisti tal-Partit jinħass għatx ġenwin għali-ha. X'DIFFERENZA TISTA' ĠĠIB F'DIN IL-KARIGA? Jien fin-natura tiegħi bridge builder. Għandi opinjonijiet u ħsibijiet ċari imma dejjem kapaċi nagħraf il-valur ta' opinjonijiet diverġenti, u se nassigura li kulħadd iħossu komdu jwassal il-vuċi tiegħu. Fuq kollox qatt ma ddejjaqt u mhux ħa niddejjaq inwassal il-messaġġ tagħna minkejja l-attakki insensati ta' min irid jara lil dan il-moviment ifalli. Dan l-aħħar dħalna wisq f 'qoxritna. Minkejja kull difett, għandna ħafna biex inkunu kburin u m'għandna nistħu u niddejqu minn ħadd. IL-PARTIT LABURISTA QED JITLEF L-APPOĠĠ JEW ĦADDIEĦOR QED IŻID FL-APPOĠĠ? La neċessarjament waħda u qas l-oħra. Ċara li l-Partit Nazzjonalista m'għamel l-ebda avvanzi. Il-verità hija li jibqa' partit nieqes mill-ideat u maqtugħ min-nies. Huwa evi-denti li l-arroganza li jemmnu li huma biss għandhom xi dritt divin jiggvernaw għadha hemm u ma jidhirx li hemm xi tama li qatt tinbidel. Qas nista' ngħid li l-Partit Laburista tilef l-appoġġ. In-nies għadhom jemmnu fina u għadhom jemmnu li aħna nistgħu nkunu verżjoni aħjar tagħna nfusna. L-importanti li ma nsirux suppervi u nibqgħu viċin in- nies anke fil-kritika. KEMM HU VALIDU LI TKUN MEMBRU TAL-PARTIT LABURISTA? L-isħubija u l-attiviżmu f 'moviment politiku għalija hija naturali jekk trid inti tkun parti mill-futur ta' pajjiżek. Inutli ngħidu li rridu politika differenti, aktar matura, aktar kontemporanja, aktar inklussiva u onesta imma mbagħad ma nipparteċipawx fil-proċess politiku. Għandek tkun int il-bidla li trid tara. Dak li jfisser tkun tesserat tal-Partit Laburista. TEMMEN LI L-PL M'GĦADUX VIĊIN IL-BATUT U L-EMARĠINAT? Assolutament li le u allaħares ma jkunx hekk. Jekk ma nkunux aħna għal dawn in-nies mhu ħa jkun ħadd. Huwa propju għalhekk li beda jeżisti l-Partit u din l-idea trid tibqa' ħajja, għax huwa l-Partit Laburista biss li jista' jżomm ħajja t-tama ta' għada aħjar. Difetti għandna, u nkun diżonest jekk ma ngħidx li tqarribna wisq ma' interessi kbar li żgur m'għandhomx għal qalbhom l-interessi ta' min hu batut u emarġinat, imma għandna ugwalment nirrikonoxxu l-ġid kollu li għamel u għadu qed jagħmel il-Partit fil-Gvern. IR-RIFORMI SOĊJALI U AMBJENTALI GĦANDHOM IKUNU PRIJORITÀ GĦALL-PARTIT LA-BURISTA? L-izball li jsir huwa li nħarsu lejn ir- riformi soċjali u ambjentali bħala xi ħaġa distinta mit-tkabbir ekonomiku. Fil-verità l-ambjent u l-istat soċjali huma riflessjoni tal-ekonomija tagħna. Minn hemm irridu nibdew. Bla dubju hemm bżonn li bħala partit niakru l-għala qegħdin hemm u għalfejn sal-lum għadna ngawdu l-appoġġ tal- poplu, konxji li dak l-appoġġ mhuwiex garantit. Lil hinn minn ilmenti speċifiċi jien nissintetizza l-akbar sfida għall-Gvern Laburista fil-kif għandu jsib il-bilanċ bejn ekonomija b'saħħitha li ssostni l-istat soċjali, u l-kwalità tal-ħajja li n-nies qed jgħixu ta' kuljum. Żgur li tal-aħħar ma tistax tkun skjava tal-ewwel. KIF JISTA' L-PARTIT JATTIRA AKTAR NIES MODERATI U TAN-NOFS? Billi nibqgħu partit ta' djalogu, li jfittex il-kunsens fost il-pluralità ta' ideat. Hija kwistjoni ta' stil ta' politika aktar minn xi bidla fl-ideali. Jien dejjem emmint li meta wieħed ipoġġi madwar mejda bil-għan ta' konverżazzjoni miuħa u onesta, dejjem possibbli jinstabu soluzzjonijiet ibbażati fuq is-sens komun. JEKK MA TKUNX ELETT X'INHUMA L-PJANIJIET TIEGĦEK? Ikun xi jkun ir-riżultat jien dejjem se nibqa' hemm. Jien attivist fil-Partit Laburista b' konvinzjoni u dik ma tinbidilx. 'Ħadd mhu għar-rimi u kulħadd huwa validu' "Noffri garanzija waħda u unika. Li miegħi kulħadd jista' jaħdem, li l-isforzi u l-ilħna ta' kulħadd se jsibu spazju. Jiena bandiera waħda qiegħed inxejjer, dik tal-Partit La-burista."