Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109
Mr. Moto huwa aġent sigriet fittizju u anki investigatur (ditektiv) Ġappuniż ivvintat mill-awtur Amerikan John P. Marquand. Hu deher f 'sitt novelli ta' Marquand bejn l-1935 u l-1957. Inizjalment hu vvinta dan il-karattru għas-Saturday Evening Post li kienu qed ifittxu stejjer dwar xi eroj Ażjatiku wara l-mewt ta' Earl Den Biggers li ħoloq il- karattru tal-famuż Charlie Chan. F'midja oħra varji, Mr. Moto ntwera bħala aġent li jinforza l-liġi internazzjonali. L-attur Peter Lorre interpreta dan il-karattru fi tmien films bejn l-1937 u l-1939. James Monk instema' fi 23 programm tar-radju fl-1951. Fl- 1965 ħarġet produzzjoni ċinematografika bil-protagonist ikun Henry Silva u fl- 2003 il-Moonstone Books ippubblikaw ktieb komik. Il-ktieb grafiku Welcome Back Mr. Moto ta' Rafael Nieves u Tim Hamilton ippubblikat minn Moonstone Books fl-2008 (oriġinarjament stampat fl-2003 u tliet kotba komiks f 'serje qasira) wera lil Mr. Moto bħala Amerikan ta' dixxendenza Ġappuniża li jgħin liċ- ċittadini Amerikani/Ġappuniżi wara l-gwerra. L-awtur Amerikan John Phillips Marquand twieled nhar l-10 ta' Novembru 1893 u miet fis-16 ta' Lulju 1960 fl-età ta' 66 sena. Magħruf l-aktar għall-istejjer tal- ispiji ta' Mr. Moto, hu akkwista suċċess popolari u rispett kritiku għan-novelli satiriċi li ħarġu mill-pinna tiegħu u anki rebaħ il-Premju Pulitzer għal The Late George Apley fl-1938. Waħda mit-temi li kien iħobb kienet il-kwalità tal-ħajja magħluqa tal-klassi għolja Amerikana. Marquand ittratta lil dawk li ħajjithom kienet marbuta ma' dawn ir-regoli mhux miktuba b'taħlita karatteristika ta' rispett u satira. John P. Marquand twieled f 'Wilmington, Delaware, però trabba fis-subborgi ta' New York. Meta l-familja tiegħu sabet ruħha f 'diffikultajiet finanzjarji ntbagħat Newburypost, Massachusetts jgħix ma' zijiet strambi f 'dar statali li qed titmermer, imdawwar minn affarijiet tal-glorja ta' familja li qed tisparixxi. Hu attenda l-kulleġġ ta' Harvard imma ma tantx kien jindiehes ma' sħabu. Meta ggradwa, beda jaħdem ta' riporter u wara jikteb f 'suppliment ta' kull ġimagħtejn tal-Boston Evening Transcript. Fin-novelli ta' Marquand, Moto beda jsejjaħ lilu nnifsu I. A. Moto u għalkemm kapaċi jkun aħrax u vjolenti, jindika li hu eċċentriku u ma jagħmel ħsara lil ħadd. Il-karattri prinċipali f 'dawn ir-rakkonti huma nies mill-Punent (mhux bilfors Ażjatiċi) li jiltaqgħu ma' Mr. Moto fil-ġiri tal-avventuri tagħhom f 'artijiet eżotiċi u bil-mod jibdew jirrealizzaw kemm dan hu karattru formidabbli. Fl-ewwel ħames novelli, ambjentati fi żmien meta l-Ġappun Imperjali ried jespandi, Mr. Moto jkun aġent ta' dan l-imperu. Fl-aħħar ktieb ambjentat fis- snin ħamsin ġewwa l-Ġappun, hu jkun uffiċjal veteran tal-intelliġenza fi gvern Ġappuniż favur il-Punent. Hu jkun deskritt fiżikament f 'Think Fast Mr. Moto (1937). Mr. Moto hu raġel ta' statura żgħira, kważi fraġli. Hu kien liebes formalment b'kowt u qalziet irrigat. Xagħru iswed miżmum tajjeb. Meta jitbissem juri ringiela ta' snien mimlijin bid-deheb u anki jieħu nifs 'il ġewwa b'ħoss baxx pulit. Dan l-investigatur rarament kien jitkellem dwar il-ħajja personali tiegħu, imma f 'Think Fast Mr. Moto hu liberament isemmi l-ħafna talenti li jippossedi. 14 films IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Serje ta' films dwar "Mr. Moto" L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Mr. Moto