MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 05 AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI (EDUKAZZJONI, TCNs u APPOĠĠ) TAĦT IL-FOND GĦALL-AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea jixtieq javża li qed tiġi mnedija sejħa għall- proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi: Objettiv Speċifiku 2: it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal- ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l- inklużjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. L-applikazzjonijiet għandhom ikopru azzjoni li tiffoka fuq: jitnaqqsu l-ostakli lingwistiċi f'iskejjel biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni fost it-tfal; il-promozzjoni tad-diversità fis-settur edukattiv li jindirizza n-nuqqasijiet attwali u l-ħtiġijiet futuri tas-soċjetà trawwim t' etniċità fis-setturi soċjali u edukattiv; u provvista ta' servizzi ta' sostenn lill-familji migranti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess fis-sistema edukattiva. Il-formola tal-applikazzjoni elettronika flimkien mad-dokumenti b' noti dettaljati ta' gwida dwar l- eliġibbilità u l-indikaturi huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/. L-applikanti huma mistiedna jissottomettu l-formola tal-applikazzjoni kompluta sa mhux aktar tard minn nhar il- Ġimgħa, 15 ta' Novembru 2024 sa nofsinhar. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm FAMI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp- content/uploads/2023/10/AMIF-Programme-v-2.0.pdf, sabiex jaraw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser tiġi organizzata sessjoni t' informazzjoni l-Ħamis, 19 ta' Settembru 2024 mid-09:00 sal-11:00 f' The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Ħamrun. Irreġistra għas-sessjoni t' informazzjoni billi taċċessa l-kodici QR t'hawn taħt. SPIĊĊAW F'LABIRINT': TLIET HOT ZONES JINQALGĦU FL-ISTESS ŻMIEN jekk qabel kellhom triq alternattiva minn fejn joħorġu, bħalissa "l-Qriema spiċċaw f 'labirint." IMSAKKRIN F'GAĠĠA TRAB". Ħal Qormi, magħruf għall- komunità vibranti tiegħu, issa jinsab mgħaddas f 'ambjent ta' kaos u trab. Titkellem mal-ILLUM, mara li ilha tgħix Ħal Qormi 30 sena, rabbiet lil uliedha fl-istess lokalità. "Dejjem konna kuntenti għax tinqeda minn kollox u post ċentrali." Madankollu, dawn l-aħħar snin raw bidla kbira. "Qed inħossni ngħix f 'gaġġa, u minn Ġunju 'l hawn, gaġġa fit-trab u l-ġenn!" Hija ddeskriviet kif il-vjaġġi qosra madwar il-lokal qed jieħdu aktar ħin milli suppost. "Immur nixtri, iddum siegħa fil- karozza sakemm nasal id-dar minn Ħal Qormi għal Ħal Qormi." Ir-residenti wkoll esprimew tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà li qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Boroż suwed imxerrda mat-toroq, bini dejjem jiżdied u rwejjaħ qawwija ta' dranaġġ. "Kollox qed jinqered," tgħid mara oħra, "kull rokna hawn maqlugħa, u l-ambjent diżastru, qas pulmun m'għandna." IS-SINDKU JOSEF MASINI VENTO: "IL-MAĠĠORANZA TAX-XOGĦOL SE JITLESTA SAL-AĦĦAR TA' SETTEMBRU." Titkellem mas-Sindku ta' Ħal Qormi, Josef Masini Vento, il- gazzetta ILLUM saret taf illi l-proġetti huma ta' entitajiet differenti. Fil-każ tal-proġett fejn ir- roundabout tal-vittmi tal-gwerra, il-proġġett qiegħed iseħħ min-naħa tal-Infrastructure Malta. "Kien bżonjuż, kien ilu biex iseħħ 60 sena. Qed jinbidlu s-sistemi tad-dawl, l-ilma u d-dranaġġ," spjega s-Sindku. Huwa qal li l-Kunsill Lokali kellu bosta laqgħat mal-mexxejja ta' Infrastructure Malta sabiex jipprovaw isibu l-aktar mod effiċjenti biex isir il-proġett mill- aktar mod fis bl-inqas inkonvenjent. "Ma stajniex nagħlqu mod ieħor, iżda f 'dak il-proġett IM wegħduna li x-xogħol kollu jkun lest qabel ma tibda l-iskola." Fil-każ tal-proġett ta' fejn il-Knisja ta' San Sebastjan, is-Sindku spjega li dak seħħ fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali b'kollaborazzjoni mal- entitajiet tal-Gvern. "Se nagħmluha aktar aċċessibbli għall-mixi. Kien ilu mwiegħed, imma se jsir tisbiħ fiż- żona minkejja xi intoppi li ltqajna magħhom," kompla jispjega Masini Vento. Fil-każ tal-proġett fejn l-iskola ta' San Ġorġ, Masini Vento qal li l-Kunsill qiegħed f 'kuntatt mal- Water Services li qegħdin jaħdmu fiż-żona. Qal li skont dak pjanat, dan il-proġett se jitlesta sal-aħħar ta' Settembru wkoll. Xogħol li qiegħed isir bħalissa fejn il-Knisja ta' San Sebastjan qiegħed jinkwieta ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom fl-iskola passi 'l bogħod. Ritratt tal-Kunsill Lokali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 September 2024