Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668
www.illum.com.mt NRU 932 €1.25 IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 GROW WITH US JOIN OUR TEAM OF SALES AND LETTING CONSULTANTS EMBARK ON A CAREER THAT PROVIDES YOU WITH AN EXCELLENT WORK-LIFE BALANCE AND THAT ALSO PAYS WELL. WE'LL OFFER FULL TRAINING AND RESOURCES YOU NEED TO EXCEL. CALL ON 2277 0157 OR EMAIL US AT HR@FRANKSALT.COM.MT TO FIND OUT ABOUT OUR TAILOR-MADE RECRUITMENT PACKAGES. franksalt.com.mt/befrank INTERVISTA MA' KARL CILIA PAĠNI 6 - 7 ĦARSA LEJN IL-PERSUNI ĠODDA FIT-TMEXXIJA TAL- PARTIT LABURISTA 'Kuraġġ, you can make it... dak kien Karl' SPRUNATI BIEX JIEĦDU AZZJONI Il-Kunsill tal-Belt irid jindirizza żoni identifikati b'każijiet ta' suwiċidju wara t-traġedja ta' Gouder PAĠNA 4 PAĠNA 3 Karl Gouder, eks deputat parlamentari Nazzjonalista, jingħata l-aħħar tislima qalb folla sabiħa ta' nies fil- knisja ta' San Ġiljan Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, immexxi minn Olaf McKay, se jkun qed jiddiskuti modi kif jiġu indirizzati żoni fil-Belt li saru sinonimi ma' każijiet ta' suwiċidju. "Se nkun qiegħed nlaqqa' lill-Kunsill biex infasslu pjan u niddentifikaw kif nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna fejn tidħol is-saħħa mentali," qal McKay f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM. Wara l-mewt tal-eks MP Karl Gouder, diversi ħaddiema li jaħdmu fil-viċinanza tal-eks binja tad-Dwana fil-Belt Valletta rrappurtaw mal-gazzetta ILLUM li mhux l-ewwel darba sabu lilhom infushom f 'sitwazzjonijiet traġiċi fejn qabel ma jidħlu xogħol jaraw vittmi tas- suwiċidju tilfu ħajjithom. Wieħed mill-ħaddiema spjega li, f 'dawn l-aħħar snin, ra madwar erba' każijiet differenti, b'wieħed minnhom saħansitra jiġri it passi 'l bogħod minnu f 'sigħat bikrin ta' filgħodu. Residenti Beltin li tkellmu mal- ILLUM qalu li jinsabu inkwetati dwar dawn l-inċidenti u qed jappellaw sabiex tittieħed azzjoni filwaqt li jissuġġerixxu diversi soluzzjonijiet, bħal tqegħid ta' għassies jew tħejjija ta' gradi fil-madwar, simili għal dawk li saru fuq il-pont ta' Wied il-Għasel fil-Mosta. "Sfortunatament, ilna snin nisimgħu stejjer ta' traġedji bħal dawn fil-Belt," ikkonferma McKay. Huwa żied jgħid li l-Kunsill Lokali għandu responsabbiltà li jiżgura li hemm servizzi għar-residenti li jistgħu jiġu utilizzati f 'każijiet ta' bżonn. Bħala Sindku, McKay qal li diġà ltaqa' ma' diversi entitajiet u professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali biex jikkollaboraw fl-iżvilupp ta' pjan ħolistiku. "F'postijiet sinonimi mal-każijiet ta' suwiċidju fil-Belt, se nqiegħdu messaġġi pożittivi kif ukoll numri ta' kuntatti ta' għajnuna immedjata," żied jgħid McKay. Il-proposta tal-eks sindku Nazzjonalista Chris Micallef, li ssuġġerixxa servizzi b'xejn relatati mas-saħħa mentali għar-residenti, ġiet milqugħa b'entużjażmu minn McKay, li qal li dawn il-proposti, flimkien ma' oħrajn li jaslu mir-residenti stess, jistgħu jiġu diskussi wkoll fil-laqgħat tal-Kunsill. "Karl Gouder kien politiku ta' integrità u rispett. F'dan iż-żmien diffiċli, ejjew ningħaqdu flimkien u nsaħħu l-għaqda nazzjonali," temm jgħid McKay. Olaf McKay