Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Trio Incendio f 'kunċert ġewwa t-Teatru Manoel Kunċert ta' Tro Incendio minn Praga biex niċċelebraw is-sena tal-Mużika Ċeka, 2024. Dan it-trio twaqqaf fl-2016 fi Praga mill- pjanista Karolína Františová, il-vjolinist Filip Zaykov u l-vjolinċellist Vilém Petras u stabilixxa ruħu minnufih bħala wieħed mill-aktar ensembles distint u żagħżugħ tal-Ewropa, b'wirjiet fi wħud mill-aktar postijiet eleganti Ewropej bħal Wigmore Hall f 'Londra, il-Philharmonie Berlin u r-Rudolfinum fi Praga. Huma baqgħu jiġu mistiedna għall-festivals bħal Ticino Musica, Davos Festival, Ohrid Summer Festival jew għall- istaġun tal-mużika da camera tal-Prague Spring Festival. It-trio rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali bħal Joseph Haydn Competition fi Vjenna, il-Joseph Joachim Competition f 'Weiman, il-Gianni Bergamo Classic Music Award f 'Lugano, il-Coop Music Awards fi Cremona, il- Concorso Musicale "Marcello Pontillo" f 'Firenze, u l-Bohuslav Martinů Competition fi Praga, fejn ħadu wkoll il-Premju Speċjali għall-aqwa interpretazzjoni tax-xogħol ta' Martinů. It-trio jipparteċipa regolarment fl-Akkademja Internazzjonali tas-Sajf f 'Reichenau, organizzat mill-Università tal-Mużika ta' Vjenna. F'din l-Akkademja ngħataw diversi premjijiet għall- aqwa interpretazzjoni tal-mużika kontemporanja Ċeka, kif ukoll il-Premju tal-Mużika da Camera għall-aqwa ensemble tal-Akkademja u l-Premju tal-Udjenza. Bohuslav Martinů: Trio No. 3 f ' C, H.332 Ferenc (Franz) Liszt – Tristia għal trio tal-pjanu, S. 378c (fuq La Valée d'Obermann) Antonín Dvořák: Trio Nr. 2 g-Moll, Op. 26 Is-Soċjetà Filarmonika King's Own, waħda miż- żewġ każini tal-baned ċiviċi tal-Belt Valletta, din is-sena qiegħda tiċċelebra l-anniversarju tal-150 sena tagħha. Biex jiċċelebraw din il- ġrajja importanti, il-kumitat organizzattiv ippjana avveniment kbir għal kull xahar tas-sena 2024 kollha. L-avvenimenti jvarjaw minn avvenimenti reliġjużi sa dawk kulturali, edukattivi u, naturalment, dawk mużikali. Din is-sena ġa saru mhux anqas minn erba' kunċerti mużikali, tlieta f 'Malta u wieħed fil-Bażilika ta' San Duminku f 'Bolonja, il-belt fejn huwa midfun il-qaddis protettur tas-Soċjetà. Il-kunċert tas-27 ta' Settembru, bl-isem ta' 'One Hundred and Fiy Years of Music,' huwa avveniment li s-soċjetà qed itella' fit-Teatru Manoel. Dan il-kunċert huwa maħsub biex jieħu lill-udjenza dawra mal-istili differenti tal-mużika li saħħret udjenzi differenti matul il-biċċa l-kbira tal-aħħar seklu, b'uħud mis-siltiet magħżula li se jindaqqu għall-ewwel darba minn banda ċivika. Il-Banda King's Own se titmexxa mill-bakketta tad-Direttur Mużikali tagħha John Galea, bil- parteċipazzjoni ta' artisti lokali oħra. Is-Soċjetà Filarmonika King's Own tiċċelebra l-anniversarju tal-150 sena tagħha b'kunċert fit-Teatru Manoel Tro Incendio mwaqqaf mill-pjanista Karolína Františová, il-vjolinist Filip Zaykov u l-vjolinċellist Vilém Petras