Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-mewt ta' Karl Gouder, eks-deputat parlamentari Nazzjonalista, wera fuq kollox li Gouder kien maħbub u ris- pettat minn kulħadd. Il-mewt ħasdet lil kulħadd u kienu ħafna li bdew jistaqsu – Għaliex? Għalfejn? Kulħadd jaf li din ma kinitx sempliċiment mewt iżda suwiċidju. Ma nistgħux ninħbew milli nirrakontaw dan il-fatt. Dan il-ġurnal flimkien mal-gazzetta oħt MaltaToday temmen li wasal iż-żmien li ma nkomplux naħarbu minn din ir-realtà kerha, nibdew naffaċċjaw l-istigma u nitkellmu dwar din il-problema. Mingħajr ma nkunu sensazzjonali jew kattivi. Il-mewt ta' Gouder wassal biex ikun hawn ħafna għajdut. Għajdut bla provi u għajdut li bħas-soltu rajna u qrajna ġejjin mill-istess persuni li jippreżentaw lilhom infushom bħala orakli tas-sewwa. Persuni li xi wħud minnhom lanqas jgħixu Malta u li moħħhom biss biex jagħmlu click bait u li jirrepettu qlajjiet u jgħajjru lil kulħadd, filwaqt li jkunu sensazzjonali għall-aħħar. Ħadd ma jaf x'wassal lil Gouder biex jieħu dan il-pass, imma għandha nkunu prudenti. F'mument bħal dan il-pulizija għandhom id-dmir li jaraw li ma kien hemm xejn minn dak li qed nisimgħu. Alla ħares kien hemm. Minn naħa l-oħra għandna bżonn naffaċċjaw il-kruha tas-suwiċidju mingħajr ma noqgħodu lura. Għandna bżonn nittrattaw dan is-suġġett bis- serjetà u mhux inħallu dan is-suġġett għall-prima donni li qed jippużaw ta' esperti fuq dan is-suġġett. Dan filwaqt li għandna bżonn nieħdu l-azzjonijiet kollha biex nevitaw li persuni jaslu biex jagħmlu dan il-pass. Il-mewt ta' Gouder kienet daqqa momentarja għall-Partit Nazzjonalista, bil-mewt tiegħu iseħħ ftit jiem wara li beda' jispera li Gouder ikun is- segretarju ġenerali minflok Michael Piccinino. Dan tal-aħħar għażel li jitlaq mill-kariga ta' Segretarju Ġenerali f 'mument meta l-PN kellu bżonn kontinwita u mhux skossi. Karl Gouder bħal kull bniedem ieħor seta' kellu difetti. Li nafu fiċ-ċert li b'mod universali kien ikkunsidrat bħala persuna pożittiva. Insellmu l-memorja tiegħu u nitolbu li l-mewt tiegħu twassal biex ikun hemm reazzjoni kostruttiva, tħassib serju u azzjoni konkreta biex nieħdu miżuri ħalli kemm jista jkun nies oħra li jgħaddu minn dan il-ħsieb jiġu salvati qabel ma jkun tard. Traġedja doppja