MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti 'Għal żmien twil fl-ewwel fażi tal-provi għad- dramm lil Emma naħseb kont niġġudikaha ftit' MARIANNA CALLEJA L-ILLUM tiltaqa' mal-attriċi bravissima li tagħmel il-parti ta' Emma fil-film il-ġdid Castillo, li se jintwera fuq il-lożor taċ- ċinema fl-20 ta' Settembru. Simone Spiteri tirrakonta l-aktar mumenti memorabbli tagħha waqt il-ġbid tal-film, iżda wkoll dwar il-karattru intiganti ta' Emma. Issa li rajt il-final cut ta' Castillo, liema xena l-aktar li laqtitek? Naħseb għalija l-iktar xena li temozzjonani hija l-aħħar muntaġġ ta' serje ta' xeni fil- verità. Mingħajr ma niżvela wisq biex dak li jkun ikun jista' jesperjenza għalih naħseb li dawk l-aħħar it minuti tal- film jagħqdu l-vjaġġi ta' ħafna karattri u jagħtu ħafna x'jaħsbu lill-udjenza. Il-vuċi ta' Joseph Calleja fl-isfond tkompli tagħti ċertu profondità lill-mument. Minħabba li Castillo għandu udjenza integrata kemm mill- ktieb kif ukoll mit-teatru, ħassejt xi pressjoni biex tlaħħaq mal-aspettattivi? Mill-bidu tal-proċess tad- dramm għat-teatru sakemm spiċċajna l-film kienet għaddiet iktar minn sena. L-istorja u l-karattri kienu saru parti minna u naħseb konna ffukkati ħafna fuq l-esperjenza u l-proċess biex isir ix-xogħol, li qatt ma jkun faċli u jirrikjedi ħafna enerġija u sagrifiċċji minn dawk kollha nvoluti. Naħseb l-ikbar pressjoni miegħek innifsek dejjem tkun li tipprova tagħti l-aħjar xogħol li tista', kemm jekk ikun xogħol oriġinali ġdid, kemm jekk ikun diġà eżista f 'forma oħra qabel. Kif avviċinat il-karattru tiegħek f 'Castillo? Kien hemm xi aspetti partikolari tar-rwol li sibt ta' sfida jew ta' sodisfazzjon? Għal żmien twil fl-ewwel fażi tal-provi għad-dramm lil Emma naħseb kont niġġudikaha it, kont naraha riġida wisq u dgħajfa. Imma kienet parti kruċjali mill-proċess li noħloqha għax għenitni nirrealizza li l-udjenza għall-ewwel hekk ser tosservaha u xogħoli kien li nwassalhom jempatizzaw magħha waqt il-vjaġġ tagħha fl- istorja. Kienet sfida fuq ħafna livelli, kemm tekniċi, fuq livell ta' stamina u emozzjonali imma meta mbagħad tara l-mod ta' kif evolviet fil-film u kif irreaġixxiet għaliha l-udjenza nħoss sodisfazzjoni li l-kumplessità tagħha waslet b'mod ċar. X'kienet l-atmosfera fuq is-set waqt il-filming ta' Castillo? Kien hemm xi mumenti memorabbli jew stejjer minn wara l-kwinti li spikkaw? Li tara film komplut u sabiħ kif inhu Castillo diġà sodisfazzjoni kbir. Però jekk hemm xi ħaġa isbaħ hi żgur il-komunità tat-tim tal-kast u kru li konna. Għamilna iktar minn sena flimkien u minkejja l-isfidi kollha li ltqajna magħhom bqajna kollha naħdmu id f 'id. Kemm l-atturi, imma anki speċjalment dawk kollha wara l-kamera li l-udjenza ma tarax imma li mingħajrhom m'aħna xejn. Dawn huma nies li magħhom qsamt esperjenza li naħseb it tista' tirrepeti u l-ħbieberija tmur lill'hinn mill- film u d-dramm issa. Hemm ħafna mumenti memorabbli speċjalment meta ffilmajna xeni li kien kważi impossibbli tiffilmja, per eżempju waqt maltempata vera kerha kważi fix-xifer tal-irdum f 'Ħad-Dingli. Imma l-isbaħ memorji jibqgħu meta konna nkunu kollha mrekknin f 'xi kamra nieklu waqt xi brejk fis-sigħat birkin ta' filgħodu, id-daħk (u l-biki!), inġorru l-equipment, kull meta xi ħaġa tirnexxi u l-ferħ għax irnexxilna… wisq memorji! Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-atturi u n-nies minn wara l-kwinti li bis-saħħa tagħhom seta' jasal il-film 'Castilli' fuq il-liżar taċ-ċinema nhar l-20 ta' Settembru. Din il-ġimgħa nitkellmu ma' Simone Spiteri, l-atturiċi fil-parti ta' Emma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 September 2024