MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Il-films tax-xjenza fittizja ilhom jinħadmu sa mill-bidu nett taċ-ċinema. Fl-epoka bikrija tal-films muti nsibu xogħlijiet klassiċi ta' dan il-ġeneru bħall-film Franċiż A Trip To e Moon (Le Voyage Dans La Lune) (1902) ta' Georges Melies u l-klassiku/spettakulari Metropolis (1927), film Germaniż ta' Fritz Lang. Dan il-ġeneru baqa' dejjem popolari matul is-snin, speċjalment fid- diċennju tal-ħamsinijiet b'pataflun ta' xogħlijiet ta' baġitt żgħir u b'ħin ta' it aktar minn siegħa. It-tema prinċipali kienet l-esplorazzjoni tal-ispazju bi spedizzjonijiet lejn il-pjaneta Mars l-iżjed. Lejn l-aħħar tas-snin sittin u sebgħin il- produzzjonijiet abbinati max-xjenza fittizja saru aktar elaborati, sofistikati u tassew eżileranti. Mertu speċjali ta' dan kollu għandu jmur għall-kittieb Amerikan, Michael Crichton li għamel isem ukoll bħala direttur ta' thrillers ta' eċitament palpabbli. John Michael Crichton twieled f 'Chicago fit-23 ta' Ottubru 1942 u miet fl-4 ta' Novembru 2008 fl-età ta' 66 sena. Trabba l-aktar f 'Long Island, New York u ta' 16-il sena wera interess qawwi li jibda jikteb. Dejjem bit-tir f 'moħħu li jsir kittieb, mar jistudja fil- kulleġġ prestiġjuż ta' Harvard fl-1960. Wara li akkwista l-B.A. fl-antropoloġija bijoloġika b'marki tassew għolja, Crichton inkiteb fl- iskola medika ta' Harvard, però din it-triq ma kinitx għal qalbu. Il-pjan tiegħu kien li jilħaq tabib u fil-waqt li kompla jikteb beda juża l-isem ta' John Lange għax ma xtaqx li l-pazjenti tiegħu jinkwetaw li qed jużahom fil-pjanijiet letterarji tiegħu. Kiteb ukoll xogħlijiet oħrajn taħt ismijiet fittizji differenti. Fit-tielet sena tiegħu fl-iskola medika ħass li għandu jieqaf u jikkonċentra biss fuq il- kitba. L-ewwel novella li ġiet ippubblikata taħt ismu veru kienet e Andromeda Strain (1969). Il-popolarità kbira li kiseb b'dan il- ktieb kienet il-kaġun li fl-1971 inħadem għaċ- ċinema bl-istess titlu ta' e Andromeda Strain. Meta waqaf mill-prattika ta' tabib beda jesperimenta f 'fenomeni li x-xjenza beda jqisuha bħala paranormali. Jaqbel ma' din it-teorija nsibu n-novella e Terminal Man (1972) li sentejn wara wkoll sabet ruħha fuq il-liżar ċinematografiku. Volum ieħor tiegħu Binary (1972), l-aħħar ktieb taħt l-isem John Lange, inħadem għaċ-ċinema bl-isem ta' Pursuit (1972), thriller tekniku li għamel suċċess. Wara, Crichton kiteb u dderieġa wkoll ieħor tax-xjenza fittizja forma ta' Western, Westward (1973) li kienet l-ewwel produzzjoni fejn ġew użati immaġini 2D iġġenerati bil-kompjuter. Ktieb ieħor, Extreme Close-Up (1973) fejn hu kiteb l-iskript oriġinali nħadem bħala thriller erotiku li ddiżappunta lil dan l-awtur. Xogħlijiet oħra minn tiegħu li nħadmu films huma Coma (1978), e Great Train Robbery (U.K. e First Great Train Robbery) (1978), kiteb u dderieġa Looker (1981), fl- 1980 kiteb Congo li ġie addattat għaċ-ċinema fl-1995, u Runaway (1984) li nkiteb u ġie dirett ukoll minnu. Fl-1967 beda jaħdem fuq Sphere biex jikkumplimenta e Andromeda Strain, però ma kellux ħjiel kif se jiżvolġih u lestieh fl-1987. Ħdax-il sena wara, Sphere nħadem għal fuq il-liżar il-kbir. Crichton kien involut biss bħala direttur f 'Physical Evidence (1989). Kien fl-1990 meta hu ppubblika n-novella Jurassic Park fejn utilizza l-preservazzjoni bħal "dak fittizju bħala fatt". Id-Direttur ċelebri Steven Spielberg sar jaf b'din in-novella fl-1989 meta flimkien kienu qed jiddiskutu dwar screen play. Crichton talab somma sostanzjali għad-drittijiet biex jinħadem film u l-kumpanija Universal akkwistatu għal Spielberg li dderiġieh fl-1993 b'suċċess enormi. Films oħra mix-xogħlijiet tiegħu huma Rising Sun (1993), Disclosure (1994), e Lost World: Jurassic Park (1997) u mal- mara tiegħu ta' dak iż-żmien, Anne Marie Martin kiteb Twister li ntwera fl-2003. Il-ktieb tiegħu Eaters Of e Dead (1967) deher fuq il-liżar ċinematografiku fl-1999 bl-isem ta' e 13th Warrior. Michael Crichton kompla jikteb aktar kotba fl-aħħar snin qabel il-mewt tiegħu. Uħud minnhom ġew ippubblikati ħafna snin wara mewtu. Ftit qabel miet, minn dijanjożi rriżulta li kien marid bil-limfoma.. 14 films IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Michael Crichton – novellist, kittieb tal-films u direttur ta' stoffa L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA L-awtur Michael Crichton Jurassic Park, l-istorja li Michael Crichton kiteb dwar John Hammond il-miljunarju li bena park fuq gżira, billi juża dinosawri rikostitwiti ġenetikament

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 September 2024