MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Daniel Cossai jerġa' jesperjenza ż-żmien diffiċli tal- pandemija permezz ta' Poġġi (awtoppubblikat, 2024) ta' Gabriel Lia, iżda din id-darba mill-perspettiva ta' diversi persuni anzjani li ltaqa' magħhom l-awtur. Mill-irkejjen tal-memorja Ftit tas-snin ilu, fuq l-Internet iltqajt ma' storja tassew ħelwa. Fid-Danimarka, hemm inizjattiva mmudellata fuq librerija iżda fejn, minflok ktieb, "tissellef " persuna għal it ħin, spiss minn xi grupp soċjali emarġinat, biex titkellem magħha u tisma' l-esperjenzi tagħha. Is-sellief jitgħallem mill-għerf jiswa mitqlu deheb li jinkiseb mit-tiġrib tal-ħajja, u l-missellfa jkollha l-opportunità tibni konnessjoni umana u tiġġieled is-solitudni. Kien f 'din il-librerija li akart jien u nesplora l-paġni tal-ktieb Poġġi ta' Gabriel Lia, awtoppubblikat minnu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Lia donnu fehem, bħalma għamlu d-Daniżi, li lkoll għandna stejjer ta' min jingħadu, u kkonkretizza dan il-prinċipju fl-oġġett li miegħu normalment norbtu l-libreriji: il-ktieb. Poġġi huwa ktieb li ma jidħolx faċilment fi kxaxen partikolari. Is- sors tar-rakkonti, ħa nsejħilhom hekk, huwa għadd ta' anzjani li Lia ltaqa' magħhom, primarjament, tul dik is-sena li biddlitna lkoll: l-2020. Iżda l-mezzi kif dawn l-istejjer jitwasslu mill-anzjan għall-qarrej bl-intermedjarju tal- pinna ta' Lia jvarjaw sew. Għandna proża, poeżiji, ritratti, djarju, konverżazzjonijiet u telefonati, bi stili li jvarjaw. F'uħud mill- konverżazzjonijiet ġieli jintervjeni l-ħsieb tan-narratur-awtur, f 'oħrajn le. Kollox ma' kollox huwa ktieb li verament jinħass li ħareġ minn taħt idejn ġurnalista li jaf eżatt fejn għandu juża l-viżiv, fejn it-testwali, u fejn l-implikazzjoni. Fil-fatt l-użu, għal xi entrati, ta' paġni suwed b'tipa bajda, li jikkuntrastaw mal-paġni tas- soltu bojod b'tipa sewda, fakkarni f 'gazzetta. Il-gazzetta, il-mezz li jservi żewġ għanijiet primarji: l-ewwel nett li jwassal ġrajjiet lil udjenza ta' qarrejja, u t-tieni, li jservi ta' rikordju tal-istess ġrajjiet għall-futur. Essenzjalment, huma dawn l-istess żewġ għanijiet li jsegwi Lia. Minn naħa, iva, ixandar il-ħsibijiet u l-esperjenzi personali li qasmu miegħu dawn l-anzjani. Minn dan l-aspett, il-ktieb qisu mużew tal- memorja, ħaġa li kumbinazzjoni hija l-premessa sottostanti ta' ktieb ieħor li qrajt fl-istess żmien, tal-awtur Bulgaru Georgi Gospodinov, tradott għall-Ingliż bħala Time Shelter, u r-rebbieħ tal-Premju Booker Internazzjonali tas-sena l-oħra. Fejn Gospodinov jimmaġina dinja b'mużew(ijiet) fejn kull kamra tfittex li toħloq mill-ġdid il-memorji u l-esperjenzi tan-nies, Lia bil-mod tiegħu jagħtina forma ta' dan permezz ta' ktieb mhux fittizju. Min-naħa l-oħra, imma, dawn mhumiex memorji kwalunkwe. Kif ifakkruna t-tnax-il taqsima tal- ktieb imsemmija wara x-xhur tas- sena, huma memorji mill-ewwel xhur tal-agħar pandemija f 'mitt sena, xhur fejn ħajjitna nqalbet ta' taħt fuq. Poġġi għalhekk huwa rikordju soċjali ta' żmien uniku, bejn lockdowns, tbegħid soċjali, u maskri ma' kullimkien, f 'dinja globalizzata fejn konna weħidna u fl-istess ħin ilkoll flimkien, maqfulin id-dar imma nafu eżatt x'inhu għaddej f 'kull rokna tad- dinja, fejn ma konna niltaqgħu ma' ħadd u fl-istess waqt stajna nitkellmu, naraw u nisimgħu lil qrabatna f 'kontinenti oħra daqslikieku kienu fl-istess kamra magħna permezz ta' xi telefonata bil-vidjo. Rikordju soċjali ta' żmien li d-dinja qatt ma rat bħalu qabel u forsi qatt mhi se terġa' tarah. Filwaqt li niltaqgħu mar- reazzjonijiet tan-nies għal dak li kienet għaddejja minnu d-dinja, spiss il-Covid jibqa' biss fl-isfond. Ir-rakkonti huma iżjed dwar il- ħajja, l-esperjenzi ta' dawn l-anzjani u sikwit qrabathom. Imma għax il-Covid kien fuq moħħ kulħadd, ħafna drabi nilmħuh f 'dak li jingħad. Jissemma. Il-ħsibijiet u l-episodji nagħrfuhom. Huwa dan li jagħmlu rikordju ġenwin għall- ġejjieni. L-entrati fil-ktieb huma ħjatat separati li qatt ma jintisġu f 'kobba waħda. Huma esperjenzi li jinħassu sinċiera, mhux ta' karattri ivvintati iżda ta' persuni tad-demm u l-laħam. Bejn rakkont ta' persuna u dak ta' oħra nħossu li hemm id, vuċi, u moħħ differenti warajhom. Anki l-istil ta' kitba jinħass differenti, meta jiġi kkwotat kif inhu, bħal fid-Djarju Kalendarju ta' bużnanna. Għax tajjeb ngħidu li r-rakkonti mhumiex kollha l-istess; uħud minnhom jgħaddu mill-għarbiel ta' id Lia, oħrajn le, qishom ritratti ta' kitba lesta. Ir-ritratti veri, imbagħad, mhux dejjem għandhom relazzjoni ċara mal-kitba partikolari. Jagħtuna aspett ieħor ta' dawn in-nies, ibexxqu kemm kemm tieqa oħra fuq parti ċkejkna minn ħajjet l-invidwi. Aspetti li l-awtur iħalli f 'idejn il-qarrej biex jgħaqqadhom, hekk kif ma jsemmix ismijiet, imma ġieli jirritorna għall-istess individwi wara numru ta' paġni, jew anki jalterna, fl-istess paragrafu u mingħajr indikazzjoni, il-kelliem minn sentenza għal oħra. Kultant tħossok qisek qed tilgħab logħba, li tkompli żżid il-pjaċir tal-ktieb. Naraw ukoll, f 'interazzjonijiet żgħar, il-karattru ħlejju tal-awtur li donnu kulħadd japprezzah. Tbissimt meta qasam il-ħsieb: "Imma jien mhux qassis, ta. Kif kulħadd irid iqerr miegħi?" Fl-aħħar mill-aħħar Poġġi jfittex li jerġa' jumanizza lill-anzjani li fil-pandemija ġew deumanizzati bħala "vulnerabbli". Niltaqgħu mal-anzjana li mhi toħroġ xejn mid-dar u ma' sħabha li jmorru jżuruha minn barra biex jgħidu kelma, huma fit-triq u hi fit- tieqa, memorja li ħafna minna kellna bħalha fil-perjodu bikri tal- pandemija. Ġieli, fl-entrati li jieħdu l-forma ta' djalogu, Lia jistaqsihom direttament kif affettwahom il- Covid. Jiddomina ħafna, fil-biċċa l-kbira ta' dawn l-esperjenzi, is- sens ta' solitudni, ġeneralment mhux minħabba l-pandemija iżda minħabba l-mogħdija taż-żmien, it-telf ta' xi ħadd għażiż jew ir- ritmu dejjem iżjed mgħaġġel tal- ħajja. Sens, iżda, li indubjament ġie amplifikat mill-pandemija. Imma jispikkaw ukoll, iżjed minn kollox, il-mezzi li n-nies ħarġu bihom f 'din ir-realtà biex jibnu sens ta' komunità fejn forsi ma kinitx mistennija. Jekk hemm ħaġa li tgħaqqad kull entrata, hija li wara kull vuċi hemm l-istess xewqa: "Ejja ħa nagħmillek kikkra te u nirrakkontalek xi ħaġa. Poġġi, poġġi…"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 September 2024