Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668
intervista illum • IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 07 TISTA' TISPJEGA AĦJAR X'INHUMA GREEN BONDS? KIF SE TKEJJEL IS- SUĊĊESS U L-IMPATT AMBJENTALI TA' DIN L-INIZJATTIVA TA' GREEN BONDS ĠALADARBA HIJA L-EWWEL TAT-TIP TAGĦHA F'MALTA? Green Bonds huma bonds fejn ammont ekwivalenti tad-dħul nett fuqhom se jintuża biex jiffinanzja diversi proġetti li jirrispettaw l-ambjent. Ir-rikavat ta' €25 miljun se jintuża biex jiffinanzja jew jiffinanzja mill-ġdid: investiment fl-impjant tar-reverse osmosis (RO) f 'Ħondoq ir- Rummien, Għawdex; irziezet solari; arjazzjoni għat-trattament tad-drenaġġ; miżuri biex inkomplu nnaqsu n-Non- Revenue Water (ilma li nipproduċu imma li jibqa mhux fatturat) u ntejbu l-effiċjenzi tal-billing; u infrastruttura għan-netwerk tal-ilma. Dawn il-proġetti se jkunu qed jgħinu biex jindirizzaw uħud mill-aktar sfidi importanti għal Malta fil-qasam tal-ilma, bħal l-iskarsezza tal-ilma, l-isfidi li ġġib magħha t-tibdil fil-klima, u t-tniġġis. Aħna statutorjament impenjati li nirrapportaw dwar il-progress f 'dan il-qasam, permezz tal-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Impatt (Impact Report) tal-Korporazzjoni. Fuq livell usa', peress li huma l-ewwel ħruġ tat- tip tagħhom, dawn il-bonds ħa jservu bħala best practice fejn jidħol il-finanzjament ekoloġiku. Għandu jiġi enfasizzat li l-Green Bonds huma konformi mas-Sustainable Development Goals tal-Ġnus Maqgħuda u mall-Green Deal tal-Unjoni Ewropea. BIL-KWISTJONI TAL-WATER LEAKAGE DEJJEM DISKUSSA, X'SE TKUN IL- PRIJORITA TIEGĦEK BIEX ITTEJJEB L-EFFIĊJENZA TAN-NETWERK? Il-KSI għamlet passi kbar 'il quddiem biex tnaqqas tnixxijiet (leaks) minn netwerk. Fl-2023, irnexxielna niksbu livell bla preċedent ta' effiċjenza operattiva, u l-qofol ta' dan kien is-suċċess tagħna biex innaqqsu t-telf tal-ilma u ntejbu l-kwalità tas-servizzi tagħna. Is-sena l-oħra lħaqna l-aktar livelli baxxi ta' tnixxijiet fl-istorja tagħna, Infrastructure Leakage Index ta' 1.8 – riżultat li huwa ta' standard eċċellenti fuq livell internazzjonali. Dan jikkorrispondi għal 9.5% biss tal-produzzjoni tal-ilma, titjib notevoli mit-13% rreġistrat fl-2013. KIF SE TINDIRIZZAW IT-TĦASSIB TAL-PUBBLIKU DWAR IT-TOGĦMA TAL-ILMA TAL-VIT, U L-KWALITÀ, SPEĊJALMENT F'LOKALITAJIET LILL- HINN MILL-IMPJANTI TAR-REVERSE OSMOSIS? Għandu jiġi enfasizzat li l-ilma tal-vit ta' Malta huwa tajjeb għax-xorb u jikkonforma bis-sħiħ mad-Direttiva Ewropea dwar l-Ilma tax-Xorb kif ukoll mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fejn tidħol it-togħma, il-fatturi li għandhom l-akbar effett huma l-klorin, is- salinità u l-ebusija (hardness). Il-klorin jiġi miżjud mal-ilma tal-vit bħala diżinfettant primarju u sekondarju, u dan jiżgura li l-ilma jiġi mwassal għand il-konsumaturi ħieles minn kwalunkwe patoġenu. Il-klorin hu miżjud fl-ammont meħtieġ biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ilma. Jekk jixtiequ, il-konsumaturi jistgħu jużaw filtri tal- karbonju biex ineħħu t-toma tal-klorin mill-ilma. Fejn tidħol is-salinità, din hija kkawżata minn kloruri tas-sodju/kalċju li jikkontribwixxi għal togħma mielħa Il-biċċa l-kbira tas-salinità ġej mill- porzjon tal-ilma tal-pjan fit-taħlita. Il- livelli ta' salinità fl-ilma tal-pjan ta' Malta huma għoljin minħabba d-dħul ta' ilma baħar ikkawżat minn astrazzjoni żejda. Madankollu, il-livelli ta' salinità fl-ilma tal-vit huma kkontrollati mill-KSI biex jiġi żgurat li jkunu fil-limiti rakkomandati. Barra minn hekk, l-ebusija fl-ilma tiġi mill-minerali fil-blat li jidħlu fl-ilma tal- pjan hekk kif jipperkola l-isfel, f 'proċess naturali li jieħu ħafna snin. Il-KSI hija impenjata li ttejjeb it-togħma tal-ilma tal-vit, u għalhekk żiedet il- porzjon fit-taħlita tal-ilma tal-vit li ġej mid- desalinizzazzjoni. B'hekk naqset l-ammont ta' melħ fl-ilma. Il-konċentrazzjoni tal- klorin fl-ilma qed tiġi kkontrollata wkoll. Fil-fatt, fl-2023, il-livelli tal-klorin fl-ilma tal-vit tnaqqsu bi 30% matul is-sena kollha, filwaqt li l-kloruri tnaqqsu għal medja ta' 350 mg/L, minn >500mg/L fl-2021 u fis-snin preċedenti. Barra minn hekk, il- Korporazzjoni qed ittejjeb in-netwerk tad- distribuzzjoni tagħha billi tqiegħed mains u pajpijiet ġodda, biex tiżgura li l-ilma kkunsinnat lill-klijenti jkun tal-ogħla kwalità. Ladarba jitlesta l-proġett ta' Ta' Qali, li se jgħaqqad l-impjant tad-desalinizzazzjoni ta' Pembroke mal-grupp ta' ġibjuni f 'Ta' Qali, it-toma tal-ilma se tkompli titjieb b'mod sinifikanti KIF QED TIMMANIĠĠJA D-DOMANDA AKBAR GĦALL-ILMA MINĦABBA Ż-ŻIEDA FIL-POPOLAZZJONI FILWAQT LI TIŻGURA UŻU SOSTENIBBLI? Il-KSI qed tinvesti b'mod attiv biex tiżgura li tkun f 'pożizzjoni li tilqa' għad-domanda attwali u futura, hekk kif l-ekonomija ta' Malta tespandi, il-popolazzjoni tikber u aktar turisti jżuru xtutna. Il-kapaċità attwali tal-produzzjoni tal- ilma mill-impjanti RO tagħna hija ta' madwar 95,000 metru kubu kuljum, filwaqt li l-kapaċità tal-ilma tal-pjan hija limitata għal madwar 48,000 metru kubu kuljum. Il-kapaċità totali tal-produzzjoni għalhekk hi ta' 143,000 metru kubu kuljum. Fl-2023, aħna fil-fatt ipproduċejna rekord ta' 36.7 miljun metru kubu biex nilħqu d-domanda. Sabiex niżguraw li l-kapaċità tagħna tlaħħaq mad-domanda futura, in-National Investment Plan tagħna jistabbilixxi li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-impjanti tad- desalinizzazzjoni se tiżdied għal 127,000 metru kubu kuljum. Barra minn hekk, se nkunu qed inżidu wkoll il-kapaċità tar- riżervi tagħna bi 30%. Peres li d-domanda qieghda dejjem tikber, l-KSI ijja kommessa biex tindirizza din l-isfida u qed ittejjeb in-netwerk tal- ilma tax-xorb. Il-proġett ta' Naxxar-Salini, li tlesta s-sena li għaddiet, huwa wieħed minn dawn il-proġetti ta' titjieb fin-netwerk. Nagħrfu wkoll kemm hu kruċjali li nissalvagwardjaw ir-riżorsi tal-ilma tal-pjan u li niżguraw li jintużaw b'mod sostenibbli. F'dan ir-rigward, qed inżidu l-produzzjoni ta' New Water biex nipprovdu provvista ta' ilma alternattiva għat-tisqija. L-istrateġija tagħna biex nillimitaw l-estrazzjoni tal- ilma tal-pjan tinvolvi wkoll ir-riattivazzjoni ta' sorsi li ma kinux għadhom qed jintużaw. Dan qed iwassal għal distribuzzjoni spazjali aħjar tal-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan, u b'hekk ittaffi l-istress fuq sorsi użati żżejjed. X'PJANIJIET GĦANDEK BIEX TESPANDI L-UŻU TAL-ILMA REKLAMAT LIL HINN MILL- AGRIKOLTURA? New Water, li hu ilma reklamat ta' kwalità għolja, primarjament użat għat-tisqija, huwa bla dubju riżors importanti ħafna li qed jgħin is-settur agrikolu Malti. Is-sena li għaddiet, il-KSI ipproduċiet rekord ta' 1.6 miljun metru kubu ta' New Water, li ġie fornut lill-bdiewa. Taħt in-National Investment Plan, qed ninvestu €46 miljun fl-espansjoni tan-netwerk tan-New Water, biex niżguraw li jsir aktar disponibbli, kif ukoll biex inżidu l-produzzjoni tiegħu u ninstallaw dispensers intelliġenti. Filwaqt li rridu li aktar bdiewa jkollhom aċċess għan-New Water, nixtiequ wkoll li jkun hemm distribuzzjoni ġusta, u d-dispensers intelliġenti se jintużaw biex jiżguraw li din ir-riżorsa tintuża b'mod ekwu. Huwa importanti ħafna li dak li jkun jiem li dan il-proġett huwa proċess li għadu għaddej, b'tqiegħed ta' mains u netwerks ġodda fit-toroq tagħna. Dan il-pjan qed isir b'mod gradwali, b'kollaborazzjoni ma' l-entitajiet rispettivi u l-partijiet interessati kollha, inkluż il- Kunsilli Lokali. Din hija silta mill-intervista li saret ma' Karl Cini, aqra l-artiklu kollu fuq www. illum.com.mt 'Il-KSI qed tinvesti biex tiżgura li tkun f 'pożizzjoni li tilqa' għad-domanda hekk kif l-ekonomija ta' Malta tespandi '