MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

RISING SUN (1993). 129 minuta. L-atturi huma Sean Connery, Wesley Snipes, Harvey Keitel u Cariy Hiroyuki Tagawa. Il-pulizija ta' Los Angeles (Snipes) u l-espert investigatur fuq affarijiet Ġappuniżi Connery qed jgħarblu każ ta' omiċidju li jimplika korporazzjoni qawwija Ġappuniża u senatur Amerikan. Id-Direttur Phil Kaufman naqqas ħafna mid-dettall u l-kontroversji tan-novella ta' Michael Crichton b'film mimli intriċċi, però konfuż, b'final fejn il-kredibilità hija nieqsa sewwa. DISCLOSURE (1994). 127 minuta. Direttur Barry Levinson. Jidhru Michael Douglas Demi Moore, Donald Sutherland u Caroline Goodall. Dan it-thriller ibbażat minn fuq il-ktieb ta' Michael Crichton jiffoka fuq eżekuttiv mhux daqshekk stuż (Douglas) ta' kumpanija kompetittiva tal- kompjuters li jixli lis-superjura mħarrka tiegħu (Moore) li qed tittantah sesswalment. Din il-produzzjoni tiżvolġi b'andament misterjuż u b'mumenti ta' sorpriżi li ma tistennihomx. TWISTER (1996). 114-il minuta. Id- direttur hu Jan De Bont. Il-protagonisti huma Helen Hunt, Bill Paxton, Cary Elwes u Philip Seymour Hoffman. Eċitament palpabbli u mumenti ta' periklu gwapp dwar grupp ta' karattri li jsusu wara uragani li jolqtu fil-qalba tal-Istati Uniti biex jitgħallmu dak kollu li jistgħu dwar dawn il-fenomini tan-natura billi jersqu tant viċin lejhom biex jiffilmjawhom. Dak li hu nieqes f 'din l-istorja sempliċi u fil- karatterizzazzjoni jpattu għalih bil-kbir l-effetti speċjali viżwali. Film ġdid ieħor dwar l-istess suġġett hu Twisters li qed jintwera fostna. SPHERE (1998). 133 minuta. Direttur Barry Levinson. Jaħdmu Dustin Hoffman, Sharon Stone, Samuel L. Jackson u Peter Coyote. Għal darb'oħra, volum ieħor ta' Michael Crichton dwar it-tema favorita tiegħu tax-xjenza fittizja, li sab ruħu wkoll fuq il-liżar ċinematografiku. Grupp ta' xjentisti minn diversi dixxiplini jinġiebu f 'post taħt il-baħar fejn in-Navy Amerikana skopriet oġġett misterjuż f 'forma ta' sfera ġganteska. Minn fejn ġiet u meta, huma primarjament il-mistoqsijiet. L-andament kurjuż pjuttost interessanti fl-aħħar ma jissodisfax. Żgur li l-aktar żewġ films fejn hu mdaħħal dan l-awtur u anki bħala direttur huma Coma u Westworld. Din hija l-istorja tat-thriller futuristiku Westworld. WESTWORLD (1973). 89 minuta. Miktub għaċ-ċinema u dirett minn Michael Crichton stess. Il-produtturi ta' post rikreattiv jiddeskrivu lil Delos bħala l-aktar lokal eċitanti fid-dinja fejn wieħed jista' jqatta' vaganza ta' elf dollaru kuljum. F'dan il-post, it-turist jista' jesperjenza ambjenti tal-passat immexxija minn robots – id-dinja tal-Imperu Ruman, dik medjevali u Westworld fejn hemm jgħixu il-cowboys u l-Indjani Amerikani. Żewġ negozjanti minn Chicago, John Blane (James Brolin) u Peter Martin (Richard Benjamin) jagħżlu Westworld. Martin, ħafif fuq il-pistola jispara lejn robot liebes l-iswed (Yul Brynner). Suppost li r-robots ma jistgħux jeħduha kontra l-umani, imma dan il-pistolero wara li jissewwa mit- tekniċi tal-post, jirribella u joqtol lil Blane. Martin, ixxukkjat, jaħrab u r-robot isus b'determinazzjoni kbira warajh fid-deżert. Ir-robots l-oħrajn fiż-żewġ dinjiet l-oħra wkoll jagħmlu bħalu. Fl-aħħar, Martin jinżel fir-kurituri ta' taħt l-art u permezz tan-nar li r-robot ma jkunx jista' jara sewwa bih, jitfagħlu l-aċtu u jaħarqu. Dan il-film li tassew qajjem kurżità, wara aktar minn 30 sena nħadem bħala serje għat-TV li damet għal diversi snin. Ukoll, wara tliet snin, ħarġet produzzjoni oħra simili u eżileranti jisimha Futureworld (1976). In-novelli kollha ta' Michael Crichton kienu deskritti bħala omaġġ għall-avventuri ta' fantasija ta' awturi rinomati bħal Sir Arthur Conan Doyle, Jules Verne, Edgar Rice Burrougths u anki Edgar Wallace. 14 films IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Michael Crichton – novellist, kittieb tal-films u direttur ta' stoffa IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Rising Sun huwa film thriller tal-1993 dirett minn Philip Kaufman Qabel ma tiddivorzja lil żewġha Bill, Jo Harding tiżviluppa miegħu sistema ta' twissijiet tat-temp billi jpoġġu lilhom infushom f 'uragan mill-aktar vjolenti L-awtur Michael Crichton

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024