MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-kultura letterarja f 'Malta, u l-edizzjoni ta' dis-sena se tressaq lejn il-pubbliku r-rikkezza u l-varjetà assoċjati mal- avveniment b'għadd ta' attivitajiet li wħud minnhom jeħtieġ tinkiteb minn qabel għalihom. Il-Festival ta' dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta' Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta' Qali, u t-tema se tkun #dinjietjirrimaw - rifless tal-ġeneri letterarji differenti u, l-aktar importanti, tal-professjonisti dedikati li ta' kuljum jistinkaw sabiex insibu l-kotba li nixtiequ fuq l-ixkaffa. Il-viżitaturi tal-Festival jistgħu jattendu l-workshops u l-masterclasses li se jkopru aspetti differenti tal- proċess tal-pubblikazzjoni: mis-sengħa tal-kitba sal-arti tal-illustrazzjonijiet, mir-realtajiet tal-industrija tal- pubblikazzjoni sal-artiġjanat involut fl- illegar tal-kotba bl-idejn. Hawn taħt issib lista sħiħa ta' dawn l-attivitajiet li trid tinkiteb għalihom. Inħeġġuk ma tħallix għall-aħħar għax il-postijiet limitati! DINJA TA' KITBA: MASTERCLASS TA' KITBA KREAT TIVA MA' ANTHONY HOROWITZ Ingħaqad mal-awtur famuż Anthony Horowitz waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għal masterclass dwar ir- rakkuntar tal-istejjer! Fannad fl- għarfien tiegħek tal-proċess tal-kitba, ikseb tekniki prattiċi, u ispira ruħek mill-kittieb bestseller tas-serje ta' Alex Rider u r-rumanzi tad-ditektiv ta' Sherlock Holmes, The House of Silk u Moriarty. Il-masterclass se jħares lejn l-ideat għall-plott, l-iżvilupp tal- karattri, id-djalogu, u d-differenza bejn il-kitba ta' ktieb u l-kitba għat-TV. Wara jkun hemm sessjoni interattiva ta' MuT mal-parteċipanti dwar aspetti varji tal-kitba. Inkiteb hawnhekk: https://tinyurl. com/5y3j2a42 ŻVILUPPA L-FINZ JONI TIEGĦEK: WORKSHOP MA' RICHARD SKINNER MILL-FABER ACADEMY Irfina senegħtek fil-kitba fittizja b'dal-workshop li se jitmexxa minn Richard Skinner, id-Direttur tal- Finzjoni fl-Akkademja Faber, li se tiffoka fuq l-iżvilupp tal-karattri u r wol in-narratur. Jinġiebu eżempji minn kittieba famużi bħal Alice Munro, Andre Debus, Han Kang, u Julian Barnes. F'din is-sessjoni l-udjenza se jkollha ċ-ċans tiddjaloga ma' Skinner f 'MuT dwar l-istadji varji fl-editjar ta' manuskritt qabel il-pass finali tal-pubblikazzjoni, l-importanza ta' kapitlu tajjeb fil-bidu, u r wol l-aġenti letterarji fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Dal-workshop immirat għal udjenza adulta ta' aktar minn 18-il sena. Trid tibbukkja minn qabel; il-ħlas ta' €20 jinkludi l-ikel u x-xorb. Limitat għal 15-il persuna. Inkiteb hawnhekk: https://forms.gle/ v2CT4uu2ZypxhvHGA MILL-ABBOZZ GĦAS-SUQ: MUT MAL-AĠENT LET TERARJU JONATHAN LLOYD (CURTIS BROWN) Ingħaqad mal-aġent letterarju u l-president ta' Curtis Brown, Jonathan Lloyd, għal dis-sessjoni eċċezzjonali ta' MuT immoderata minn Kat Storace (Praspar Press). Ikseb għarfien imprezzabbli dwar il-pubblikazzjoni, mit-tfittxija għal aġent letterarju addattat għalik u kif taqta' figura tajba miegħu. Dan l-avveniment hu miftuħ għall-kittieba Maltin li jiktbu bl-Ingliż. Irreġistra biex tilħaq post u ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek minn qabel biex id-diskussjoni tkun waħda personalizzata. Inkiteb hawnhekk: https://forms.gle/ gMdiScHhoMSdCA1a9 SPEED DATING LET TERARJA Tirritorna l-ispeed dating letterarja – kwarta ċans titkellem ma' professjonisti fil-pubblikazzjoni waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Jaf tkun trid sempliċiment titkellem dwar il- letteratura, dwar il-ħiliet tal-kitba, jew dwar kwalunkwe suġġett ieħor li xtaqt issir taf dwaru imma dejjem qgħadt lura. Il-mistiedna huma: Simon Trewin (aġent letterarju), Joey Connolly (Direttur tal-Faber Academy), Loranne Vella u Joe Gatt (l-edituri ta' Aphroconfuso), Kat Storace (traduttriċi u pubblikatur, Praspar Press), Glen Calleja (pubblikatur, Kotba Calleja), iċ-Chairperson tal-Letteratura fl- MEIA, Moira Scicluna Zahra (MCOI) u Ed Dingli (illustraturi), Nikki Petroni (Eżekuttiva tal-Edukazzjoni u l-Iżvilupp fil-KMA), u Matthew Borg (Manager Anzjan fil-KNK, Fond Malti tal-Ktieb). Inkiteb hawnhekk: https://tinyurl. com/ytu6v2wh MINN TEMA GĦAL ILLUSTRAZZ JONI: WORKSHOP MINN ED DINGLI (14+) Ingħaqad mal-illustratur tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 – Ed Dingli – għal workshop immirat għal parteċipanti minn 14-il sena 'l fuq dwar kif tittrasforma tema f 'illustrazzjoni. L-udjenza se tkun mistiedna tħażżeż ma' Ed biex tipprattika dak li tkun għadha kif semgħet rigward ideat, mapep mentali u kliem muftieħ. Dan il-workshop qed isir f 'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Inkiteb hawnhekk: https://forms.gle/ rAoKUzov4XrLMRPt6 MILL-KUNĊET T GĦALL- ANIMAZZ JONI: IX-XOGĦOL TA' KYLE XUEREB CUNNINGHAM GĦALL-FESTIVAL NAZZ JONALI TAL-KTIEB Skopri t-traġitt kreattiv tal-moħħ wara l-materjal ta' promozzjoni tal- Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2023 u ta' dis-sena: l-illustratur u animatur Kyle Xuereb Cunningham. Sir af x'jinkludi fih il-proċess tal-animazzjoni, mill- ħolqien tal-istoryboard sal-aħħar irtokki. Dis-sessjoni qed tittella' b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Trid tirreġistra għal dan l-avveniment b'xejn. Inkiteb hawnhekk: https://forms.gle/ t3m4tNMku1bmfhVy7 INTRODUZZ JONI PRAT TIKA GĦAL-LEGATURA TAL-KOTBA (ETAJIET 8-12 U 14+): WORKSHOP MINN GLEN CALLE JA Ingħaqad mal-legatur, pubblikatur u awtur Glen Calleja għal workshop dwar is-sengħa tal-legatura tal-kotba. Is-sessjoni tinkludi informazzjoni dwar tekniki artiġjanali, materjali u d-disinn kontemporanju tal-kotba. Il- parteċipanti jkollhom l-opportunità jmiddu jdejhom biex jagħmlu ktieb żgħir. Trid tinkiteb għal dis-sessjoni, u m'hemmx ħlas għaliha. Workshop dwar il-Legatura tal- Kotba: Etajiet 8–12 Is-Sibt 9 ta' Novembru 2024 bejn id- 09:30 u l-11:00 Workshop dwar il-Legatura tal- Kotba: Età 14+ Is-Sibt 9 ta' Novembru 2024 bejn il- 11:30 u s-13:00 Inkiteb hawnhekk: https://forms.gle/ eQiuTMJ3JAkgNgLP8 Ingħaqad magħna għal ċelebrazzjoni dinamika tal-letteratura u l-kreattività waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024! Għal aktar informazzjoni u biex tibqa' aġġornat, segwi s-sit www.ktieb. org.mt u l-paġna FB jew Instagram tal- Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Inkiteb għall-workshops u l-masterclasses waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb DIN HIJA KOLLABORAZZJONI MĦALLSA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024