MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 07 BĦALA MEXXE J TA' LOBBY LI JINTLAQAT SEW MINN DIN, KIF TARA L-QAFAS LEGALI ATT WALI LI JIRREGOLA L-IŻVILUPP URBAN, PARTIKOLARMENT IL-PRIJORITÀ LI TINGĦATA LILL-PJANIJIET LOKALI TAL-2006 FUQ DOKUMENTI TA' POLITIKA AKTAR ĠODDA BĦAL DC15? Kull inkonsistenza u nuqqas ta' kjarezza għandha impatt negattiv, mhux biss fuq min irid jagħmel l-investiment, iżda anke fuq il-poplu ġenerali. L-MDA ilha tinsisti li għandu jkun hemm policies ċari li ma jagħtux lok għal interpretazzjonijiet differenti minn entitajiet differenti. L-MDA tesiġi wkoll illi jeħtieġ li jsiru riformi kbar fil-qafas legali attwali inkluż anke saħansitra reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali u anke dokumenti ta' politiki oħrajn. Il-bżonnijiet u l-esiġenzi tal-pajjiż inbidlu minn meta dawn il-pjanijiet ġew imfasslin kważi għoxrin sena ilu u b'hekk il-pjan għall-iżvilupp f 'Malta wkoll għandu jaġġorna ruħu. X'EFFETT TAĦSEB LI QED IKOLLHOM DAWN L-INKONSISTENZI FUQ IS-SETTUR TAL-IŻVILUPP, SPEĊJALMENT F'REĠJUNI BĦAL GĦAWDEX? Inkonsistenzi bħal dawn qed ikollhom għadd ta' konsegwenzi negattivi, kemm direttament, kif ukoll indirettament. Qabelxejn, żgur u mhux forsi illi qed ikollu l-effett illi jżid il-prezz aħħari tal- propjetajiet, u dan minħabba illi l-proċess sabiex wieħed jieħu dak li ħaqqu qiegħed idum ħafna aktar u jirrikjedi ħafna aktar spejjeż li naturalment iridu jiżdiedu mal- prezz. Sfortunatament dan qed ibatih min qed jixtri, jiġifieri l-familji Maltin u Għawdxin. Apparti minn hekk, inkonsistenzi bħal dawn qegħdin ixekklu wkoll il- progress u l-investiment billi investituri jikkunsidrawha darbtejn qabel jinvestu f 'pajjiżna meta jaraw ostakli bħal dawn. MIL-LAT TIEGĦEK, X'TIP TA' RIFORMA LEGALI TKUN L-AKTAR EFFETTIVA BIEX TIŻGURA ĊAREZZA, ĠUSTIZZ JA U KONSISTENZA FL-APPLIKAZZ JONI TAL-LIĠIJIET TAL-IPPJANAR? Riforma Legali ċara li ma tagħtix lok għal interpretazzjonijiet differenti. L-MDA tressaq għadd ta' proposti fuq bażi regolari lill-Gvernijiet u l-Awtoritajiet li l-Awtorità tista' tibda timplimenta bil-mod mil-lum stess. Riforma legali li tistabilixxi żminijiet li jiġu rispettati u li tinibixxi passi żejda burokratiċi li ma jġibu ebda valur. Riforma legali li ma tħarisx aktar lejn min hu l-applikant iżda tevalwa l-iżvilupp propost biss fuq il-konformità tal-liġijiet u l-politiki. Riforma legali li filwaqt li tirrispetta l-konsultazzjoni ma' kull min għandu interess, tiżgura li ma jkunx hemm abbużi b'motivazzjonijiet ulterjuri. KIF T WIEĠEB GĦALL- PREOKKUPAZZ JONIJIET MINN NGOS AMBJENTALI LI JARGUMENTAW LI DAWN IR- RIFORMI JISTGĦU JWASSLU GĦAL ŻVILUPP MHUX IKKONTROLLAT JEW EROŻ JONI TAL- PROTEZZ JONIJIET AMBJENTALI? Nassigura lil kull NGO ambjentali illi mhija fl-interess ta' ħadd illi jkun hawn żvilupp mhux ikkontrollat jew erożjoni tal-protezzjonijiet ambjentali, wisq anqas tal-membri tal-MDA. Filwaqt illi m'iniex ekonomista, faċilment nasal għall-konklużjoni illi inqas ma jkun hawn supply ta' propjetajiet, aktar jogħla l-valur tal-istokk tal-iżviluppatur. Inżid ngħid illi membri tal-MDA wettqu investimenti kbar fil-gżejjer tagħna u żgur illi l-erożjoni tal-protezzjoni tal- ambjent iservi biss ta' detriment għall- investimenti tagħhom. L-MHRA TENNIET KEMM-IL DARBA LI MA JISTAX IKUN JIBQGĦU JINBNEW LUKANDI, LI HAWN IKTAR LUKANDI MILLI HAWN DOMANDA, U LI L-GŻIRA MA TIFLAĦX GĦAL IKTAR. X'TIKKUMMENTA? Huwa evidenti ħafna illi r-rata tal- progress fis-settur privat kienet mgħaġġla ferm tul dawn l-aħħar snin. Fir-rigward ta' x'jiflaħ jew ma jiflaħx il-pajjiż, ngħid illi għandu jsir l-investiment neċessarju mill-Gvern partikolarment fl- infrastruttura ta' Malta biex il-progress tal-Gvern jibda jilħaq mal-progress tal- privat u b'hekk nibdew noffru wkoll prodott ta' aktar kwalità. Ngħid ukoll illi l-Gvern m'għandux jintervjeni fis-suq billi joħloq limitazzjonijiet fuq il-bini ta' lukandi ġodda għax dan żgur jillimita l-kompetizzjoni u jillimita wkoll l-innovazzjoni. It-turist dejjem se jagħżel illi jieħu l-aħjar kwalità għall-flus illi lest li jħallas u b'hekk l-unika telliefa b'lukandi ġodda huma l-lukandi li ma jaġġornawx ruħhom maż-żminijiet. L-MDA WRIET TĦASSIB FUQ IT- TECHNICAL REPORT F2, RIGWARD IL-PRESTAZZ JONI MINIMA TAL- ENERĠIJA FIL-BINJIET ĠODDA LOKALI. X'KIEN L-AKTAR LI ĦASSIBKOM? It-Technical Document F huwa intiż sabiex jgħolli l-istandards f 'Malta fir- rigward tal-effiċjenza tal-bini u b'hekk fil-prinċipju għandu jiġi milqugħ u mfaħħar. Madankollu bidla radikali bħal din, filwaqt illi hija pożittiva, kellha bżonn aktar diskussjoni qabel ma ġiet imfassla u implimentata. Infatti, l-MDA ressqet tħassib fir-rigward tat-Technical Document F u dan anke waqt il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika. L-akbar tħassib ta' bħalissa huwa fuq il-fatt li minkejja dan id-dokument huwa effettiv mill-1 ta' Lulju ta' din is- sena, għad m'hawnx kuxjenza biżżejjed fuqu u b'hekk hemm applikazzjonijiet li qed jiġu approvati mill-Awtorità u negozjati li qegħdin jingħalqu fil-privat li se jkollhom diffikultà jilħqu l-miri ta' dan id-dokument. Tħassib ieħor illi ressqet l-MDA huwa illi l-miri ta' dan id-dokument huma għoljin wisq u se jibdel il-mod kif jinbnew binjiet ġodda u/ jew rinovati binjiet antiki u dan bl-effett illi jkompli jgħolli l-prezz ta' dawn il- propjetajiet. STAKEHOLDERS PRINĊIPALI SEMMEW MAL-ILLUM IL-FATT LI BIEX BINJA ŻŻOMM MAGĦHOM, SE JKOLLHA NEFQA AKBAR U B'HEKK IL-PREZZIJIET TAD-DJAR FIS-SUQ MALTI SE JKOLLU JIŻDIED. HU MINNU DAN? Kull min iħallas aktar biex jagħmel xi ħaġa jrid jirkupra flusu u jagħmel profitt b'xi mod. Jekk il-Gvern mhux se jdaħħal inċentivi u/jew skemi fiskali illi jippromovu bini effiċjenti, dan ifisser illi l-prezz aħħari se jbatih il-konsumatur u b'hekk, iva, il-prezzijiet tad-djar se jkollhom jiżdiedu. X'INHI L-ĦIDMA TAL-MDA FE JN JIDĦOL DAN ID-DOKUMENT? L-MDA ħejjiet il-punti tagħha mill- bidu tal-konsultazzjoni pubblika bl-għajnuna teknika tal-konsulenti tagħha u għadha f 'diskussjonijiet mal- awtoritajiet ikkonċernati sabiex jinstab metodu realistiku ta' kif jistgħu jiġu integrati l-għanijiet tal-Gvern mingħajr ma ngħabbu s-settur b'wisq piżijiet bla bżonn. Nirreferi wkoll bħala eżempju għal għadd ta' proposti li ħejjejna riċentement li jistgħu jiġu implimentati fil-budget annwali ta' din is-sena. 'Jekk il-Gvern mhux se jdaħħal inċentivi li jippromovu bini effiċjenti, il-prezz aħħari se jbatih il-konsumatur'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024