MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Patrick J. Sammut jitkellem mal- awtriċi Lina Brockdorff dwar il- ġabra ta' novelli tagħha Ċoff Roża u Kitbiet Oħra (Horizons, 2024) Id-duwa tal-kitba Lina Brockdorff illum għandha aktar minn 90 sena, u hija waħda mill-aktar kittieba anzjani li għadhom jippubblikaw regolarment sal-ġurnata tal-lum. Hija twieldet l-Isla, ta' disa' snin għexet fl- ewwel persuna t-Tieni Gwerra Dinjija – li rrakkuntat fil-ktieb tagħha Sireni u Serenati (Klabb Kotba Maltin, 2004) – u għexet anki f 'Tas-Sliema, Ħad-Dingli u r-Rabat. Ilha tikteb sa minn meta kellha 17-il sena, meta kienet tattendi l-Kulleġġ għat-Taħriġ tal- Għalliema u Ġużè Aquilina kien iħeġġeġ lill-istudenti tiegħu biex jiktbu saġġi u rakkonti sabiex jinstemgħu fuq ir-radju. Ħadmet fil-qasam tax-xandir, taqsima radju, imma għamlet ukoll xi snin tgħallem qabel ma rtirat biex trabbi lill-erba' wliedha. Kien hawn meta ffukat fuq il-kitba tagħha, imma aktar tard reġgħet bdiet tgħallem l-Ingliż fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi. Intant, tat ukoll il-kontribut tagħha fl-għaqdiet tal-Malti bħala membru tal-kunsill tal-Akkademja tal- Malti (2004-2005), President tal-Għaqda Letterarja Maltija għal tmien snin, u membru fl-Għaqda Poeti Maltin. Brockdorff hija awtriċi ta' bosta rumanzi u ġabriet ta' rakkonti li ġew ippubblikati mis- sena 1974 – meta ħareġ l-ewwel rumanz tagħha Kien Kwinta l-Qamar (Klabb Kotba Maltin) – sal-preżent. Hija tikteb ukoll il- poeżija. Ċoff Roża u Kitbiet Oħra (Horizons, 2024) hija l-iktar ġabra ta' novelli reċenti ppubblikata ta' Brockdorff li tiġbor fiha 38 kitba jew rakkont. Fost l-elementi li jispikkaw hemm ukoll l-aspett soċjali. Hekk f ''Torri fuq Torri, la Disinni u lanqas Pitturi' tikteb dwar Malta bħala "nazzjon bla prinċipji", imma anki bħala "qabar mudlam, qabar modern mibni bil-bricks u l-konkrit ... f 'dan iċ-ċimiterju nazzjonali ..." F''Xemx li ma Ssaħħanx' imbagħad naqraw dwar il-vjaġġ perikoluż, xi drabi anki fatali, tal-immigranti li jaqsmu l-Mediterran – mium bħala "qabar kbir" – mill-Afrika ta' Fuq. Brockdorff iddaħħalna fl-atmosfera diffiċli u mimlija biża' u tbatija li jkun hemm fuq dgħajsa f 'nofs baħar imqalleb: "krib, dagħa, saħta mingħajr ebda speranza, fl-orizzont quddiemna rajna biss vojt, infinità u dlam". Min jaqra dawn ir-rakkonti jiem li l-kitba ta' Lina Brockdorff hija iktar minn soap opera, kif xi wħud ġieli ddeskrivewha. Jinħass sewwa li Brockdorff hija bniedma ta' sengħa fil-kitba. Patrick Sammut: Hemm min jemmen li l-aqwa kitba hija dik li ma tħallix lill-qarrejja passivi imma tinvolvihom, tistedinhom jaħsbu, jipparteċipaw u jsiru 'kompliċi' ma' min qed jikteb. Xi tgħid dwar dan? Lina Brockdorff: Bejn naqbel miegħek u le għax jiddependi minn x'tip ta' kitba tkun. Ngħidu aħna, jekk qed taqra rumanz mhux dejjem tidħol u taqbel għalkollox mal- emozzjonijiet ta' kull karattru. Dawn tiegħek huma kitbiet awtobijografiċi imma anki riflessivi li xi drabi jieħdu laqta femminista. Kemm kont konxja minn din tal- aħħar waqt il-proċess ta' kitba tiegħek? Ma nistax ngħid li kont konxja li qed inkun 'femminista'. Aktarx li din hija speċi ta' 'nassa' li mingħajr ma tinduna jinqabdu fiha l-kittieba femminili. Tara li l-mara kittieba għamlet progressi llum f'rabta mal-qasam tal-letteratura Maltija? Kemm kiber illum l-involviment tal-kittieba nisa f'dan il-qasam? Żgur li s-sehem tal-mara Maltija kiber sew f 'dawn l-aħħar snin, għalkemm jista' jkun li l-aktar li qed jagħfsu huma fuq il-kotba tat- tfal żgħar. L-istejjer f 'Ċoff Roża u Kitbiet Oħra spiss iduru madwar jew huma msejsa fuq il-qwiel Maltin. Għaliex dan? Kemm hu importanti dan fi żmien meta l-ilsien Malti qed jaffaċċja ċertu theddid? Jista' jkun li spiss nikkwota l-qwiel Maltin għax għandi drawwa li nużahom ukoll fit- taħdit tiegħi normali ta' kuljum. Tiegħek huma kitbiet li jirrikjedu esperjenza, riċerka u għerf. Ċoff Roża huwa prova li anki l-kittieba 'anzjani' għad għandhom x'joffru lill-qarrejja li jħobbu l-ktieb Malti. X'inhuma r-reazzjonijiet tiegħek? Mingħajr dubju li l-kittieba xjuħ kollha għandhom ħażna t'għerf, imma trid iżżomm f 'moħħok li għandhom ukoll limitazzjonijiet fiżiċi. Tasal f 'mument meta taqta' qalbek għalkollox, saħansitra mill- kitba. Hemm ukoll ċerta maġija fil-mod kif jirnexxilek tibdel il-vojt tas-sigħat lejlin li matulhom ma tistax torqod f 'att kreattiv li wassal għal dawn il-kitbiet. Xi tgħid dwar dan, u kemm ilu jseħħ dan il-'miraklu'? Int qed issejjaħ dan in-nuqqas ta' rqad billejl bil-kelma "miraklu". Nassigurak li kull min ibati b'dan in-nuqqas ta' rqad ma jaħsibhiex bħalek! B'xorti ħażina ili it xhur mhux ħażin li naqqast fl-irqad billejl. F'Ċoff Roża naqraw kitbiet li jirriflettu t-tibdiliet li minnhom għaddiet u għadha għaddejja s-soċjetà Maltija. Għalhekk għandhom kontenut soċjali qawwi. Qatt kellek reazzjonijiet dwar dan minn qarrejja żgħażagħ? Kif taf int, illum iż-żgħażagħ it ifittxu l-qari, l-aktar jekk dan ikun bil-Malti. Imma wieħed min-neputijiet qara xi ħaġa mill-ktieb – b'rispett lejja – u r-reazzjoni tiegħu kienet: "Nann, ċerti affarijiet li qrajt ma nistax nemminhom!" L-element konfessjonali fil-kitbiet tiegħek jintrabat ukoll mas-sens qawwi ta' umanità li jinħass matulhom. Xi tgħid dwar il-kitba bħala duwa kontra t-trawma, tkun xi tkun din tal-aħħar? Ngħidlek id-dritt qatt ma ħsibt dwar dan imma fl-istess ħin jagħmel sens. Meta tikteb tkun qed isserraħ qalbek minn xi weġgħa bħal meta tkun qed titkellem ma' xi ħadd u dan żgur huwa duwa u mezz ta' serħan mentali u fiżiku. Hemm bżonn ta' letteratura "buonista", pożittiva u altruwista bħal din li tikteb inti? Aktarx li hemm bżonn għax b'xorti ħażina kulma nisimgħu u naraw fuq il- mezzi kollha tal-midja jħallilek togħma qarsa dwar il-ħajja tal-lum. Jaħasra kemm neħtieġu min jagħmlilna it tal-kuraġġ, l-aktar liż-żgħażagħ! L-awtriċi Lina Brockdorff bagħtitli kopja tal-ktieb biex nintervistaha b'mod onest.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024