MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 • illum LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Libra, għalik, l-istess Libra se jkun mument li tkompli tieħu l-benefiċċji kollha ta' dak li bħalissa qed tesperjenza f 'din il-fażi tiegħek. Aħtaf kull opportunità għall-futur ta' stabbilta. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS) MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Sagittarius se jkun mument li titkattar f 'din l-imħabba li tant qed tkun imdawwar biha. Grazzi għal din l-imħabba qed tagħraf ħajtek aħjar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Aquarius se jkun mument li terġa' għal dik l-enerġija, tant li issa tista' terġa' tibda tmur għall-eżerċizzju li tassew tixtieq. Ħajtek qed terġa' tieħu nifs ġdid. Il- kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Aries se jkun il- mument sabiex tkun tista' tagħżel jekk għandekx tibqa' fejn int jew tibda kapitlu ġdid. Issa l-għażla trid twettaqha b'għaqal għal futurek. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Gemini se jkun il- mument li tieqaf it minn dak kollu li qed tesperjenza sabiex grazzi għal din il-pawsa tkun tista' tfassal aħjar lilek innifsek. Analizza. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Onyx. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) waqt iż-żodjaku ta' Libra (Il-Miżien) Mill-Ħadd 29 ta' Settembru sas-Sibt 5 ta' Ottubru Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar jopponi l-iżvilupp ta' Dar tal-anzjani fuq art ODZ MARIANNA CALLEJA "L-ebda żvilupp m'għandu jsir fuq art barra miż-żona tal- iżvilupp (ODZ)," iddikjara s-Sindku tan-Naxxar, Chris Deguara, f 'filmat li tella' fuq Facebook. Huwa spjega l-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali rigward proposta għal dar tal- anzjani fil-lokalità. Qal li l-Kunsill Lokali kkonsulta ma' żewġ konsulenti sabiex jippreżenta rappreżentazzjonijiet kontra dan l-iżvilupp lill-Awtorità tal- Ippjanar. Huwa sostna li dan l-iżvilupp, li qed jiġi propost fuq 9,325 metru kwadru ta' art agrikola tul Triq Wied Anglu, fl-angolu ma' Triq il-Vittmi tan- Nar, Naxxar, huwa theddida għaż-żoni verġni ta' Birguma u s-sbuħija naturali tal-kampanja ta' Għargħur. "Sentejn ilu, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar diġà oppona b'mod qawwi għal applikazzjoni oħra għal dar tal-anzjani u parkeġġ għal 104 karozzi fuq din l-art agrikola f 'Birguma," żied jgħid Deguara. "Din l-applikazzjoni hija sempliċement oltraggjuża." Filwaqt li sejjaħ lill-Gvern biex jingħaqad mal-Kunsill Lokali, l-Oppożizzjoni, u l-għaqdiet mhux governattivi kollha biex jipproteġu l-art ODZ, Deguara appella għat-tisħiħ tal-għaqda nazzjonali favur il-protezzjoni tal-ambjent. "Irridu nipproteġu l-art ODZ sabiex tkun tista' titgawda minn kulħadd, kemm minn dawk preżenti kif ukoll mill-ġenerazzjonijiet futuri." Din mhix l-ewwel darba li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat proġetti ta' dan it-tip fuq art ODZ fin-Naxxar. Fil-fatt, fl-aħħar seba' snin ġew approvati żewġ djar tal-anzjani f 'dan ir-reġjun, bl-aħħar waħda proposta minn kunsillier tal- Partit Laburista, Marlon Brincat, fuq sit ta' razzett abbandunat inqas minn nofs kilometru 'l bogħod mill-applikazzjoni preżenti. Din l-applikazzjoni wkoll ġiet approvata, iżda d-deċiżjoni attwalment qed tiġi appellata minn għaqdiet ambjentali. Is-Sindku Deguara sostna li din il-proposta għadha waħda li tkompli thedded is- sbuħija naturali u l-karattru rurali tan-Naxxar, u għalhekk hija meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti dawn iż-żoni ta' importanza ambjentali u storika. Is-Sindku tan-Naxxar, Chris Deguara, jitlob għal għaqda waħda favur l-ambjent Is-sit fin-Naxxar fejn ġiet proposta dar tal-anzjani Is-Sindku tan-Naxxar, Chris Deguara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024