MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 • illum 04 GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €270,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa MALTA GOVERNMENT STOCKS ^dKͲ'sZE Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) hawn fuq li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill- membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, it-3 ta' Ottubru 2024 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il-prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid- Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €270,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €130,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill- ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn, is-7 ta' Ottubru 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, id-9 ta' Ottubru 2024. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, il-11 ta' Ottubru 2024 u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mill- Ġimgħa, l-4 ta' Ottubru 2024. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e- mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (i) 2.80% Stock tal-Gvern ta' Malta (III) li jimmatura fl-2030 u (ii) 3.25% Stock tal-Gvern ta' Malta (IV) li jimmatura fl-2034. Nasrallah maqtul mill-Forzi Iżraeljani f 'attakki mill-ajru fuq il-Libanu MARIANNA CALLEJA Il-Forzi Iżraelni (IDF) ħabbru s-Sibt filgħodu li Sheikh Hassan Nasrallah, il-mexxej tal-moviment militanti Shia Islamista Libaniż, Hezbollah, ġie maqtul f 'attakki mill-ajru fuq Beirut matul il-lejl. Fi stqarrija mxandra fuq il- profil uffiċjali tal-IDF fuq X, l-Iżrael qal, "Hassan Nasrallah m'għadux se jkun jista' jheddu." Minkejja dan, il-moviment Hezbollah għadu ma kkummentax fuq din l-aħbar. L-istqarrija tal-IDF tiġi wara sensiela ta' attakki li seħħew matul il-lejl fuq il-kapitali tal- Libanu, b'Iżrael jgħid li dawn kienu mmirati direttament lejn Nasrallah u l-mexxejja l-oħra ta' Hezbollah. Hassan Nasrallah, mexxej tal-Hezbollah, huwa figura influwenti fil-Lvant Nofsani b'rabtiet mal-Iran, pajjiż li jappoġġja lil Hezbollah. Għal snin, Nasrallah ma deherx fil-pubbliku minħabba biża' ta' attentati fuq ħajtu minn Iżrael. Nasrallah huwa meqjus bħala simbolu tal-Hezbollah, u kellu rwol ewlieni fit-tisħiħ ta' din l-organizzazzjoni li saret forza politika u militari b'saħħitha fil-Libanu. Fil-fatt, Hezbollah hija kklassifikata bħala organizzazzjoni terroristika mill-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, u pajjiżi oħrajn. Taħt it-tmexxija ta' Nasrallah, Hezbollah mhux biss saret forza militari b'saħħitha fil-Lvant Nofsani, iżda wkoll għenet fit- taħriġ ta' militanti minn gruppi armati oħra bħall-Hamas fil- Palestina. I Minn Ottubru tas-sena li għaddiet, Hezbollah bdiet titfa rockets lejn l-Iżrael bħala sinjal ta' solidarjetà mal- Palestinjani f 'Gaża, li kienu qed jesperjenzaw l-attakki brutali ta' Iżrael wara l-massakru f 'Ottubru minn militanti tal- Hamas fuq ċittadini Iżraeljani. Dan l-iskambju bejn Hezbollah u l-forzi Iżraeljani wassal għall-ispostament ta' eluf ta' ċittadini, kemm Libaniżi kif ukoll Iżraeljani, minn rħula viċin il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi. L-attakki fl-iljieli bejn il- Ġimgħa u s-Sibt kienu l-iktar intensi s'issa, fejn Iżrael iddikjara li kien qed jimmira direttament lejn il-mexxejja ta' Hezbollah, inkluż Nasrallah. Dawn l-attakki kienu segwitu b'diskors defianti tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Netanyahu wera li m'hemm l-ebda tama ta' waqfien mill- ġlied, minkejja l-appelli minn potenzi tal-Punent biex jittaffa t-tensjoni fil-Lvant Nofsani. Il-forzi Iżraeljani jħabbru l-qtil ta' Sheikh Hassan Nasrallah, il-mexxej tal-moviment militanti Shia Islamista Libaniż, Hezbollah

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024