MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 • illum opinjoni Deputat Nazzjonalista fuq l-10 distrett u kelliem għall-familja u s-solidarjeta' soċjali ALBERT BUTTIGIEG Ejjew inkunu onesti man-nassaba F tit tal-ġranet ilu, il-Qorti Ewropea tal-Ġustiz- zja tkellmet fuq il- każ tal-insib f 'Malta. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li dak li għamel il-Gvern Malti, jiġifieri ħareġ permess biex isir l-insib għal raġunijiet xjentifiċi u ta' riċerka, mhux biss huwa illegali u jmur kontra d-direttiva tal-għasafar, imma hija biss skuża biex titkompla din l-attività. Kulħadd jaf kif naħsibha fuq il-kaċċa u l-insib. Għażilt dejjem li nkun ktieb miuħ! Almenu kulħadd jaf fejn huwa miegħi! Filwaqt li niem li mhux kulħadd jaqbel miegħi u diversi drabi nidher ikrah ma' xi wħud, mill-ewwel diskors tiegħi fil-Parlament kont ċar u onest. M'għandi xejn kontra l-kaċċaturi u n-nassaba imma għandi problema fuq livell ta' prinċipju. Għaliex inħobb l-għasafar, ma nistax naqbel, la mal-kaċċa, u lanqas mal-insib. Fuq kollox, dan huwa l-qofol tad-demokrazija; id-diversità fil-ħsibijiet. Nemmen bis-sħiħ li hemm bżonn inkunu onesti ma' dawn il-persuni, li diversi minnhom huma ċittadini onesti. Ma nistgħux nibqgħu nittamawhom. Ma nistgħux nibqgħu ngħadduhom biż-żmien. Irridu nkunu onesti magħhom anke jekk dan huwa diffiċli għalihom biex jaċċettaw. Sfortunatament, il-Gvern Malti, b'mod partikolari l-Ministru Clint Camilleri – kaċċattur u nassab huwa nnifsu – wara s-sentenza tal-Qorti mill-ġdid spiċċa jittamahom! Flok kien onest u qalilhom eżattament dak li qalet il-Qorti, spiċċa biex reġa' webbilhom! Mhux hekk biss. Imma spiċċa biex jgħid li din is-sentenza tal-Qorti kienet biss fuq aspett tekniku! Għal darb'oħra, il-Ministru Camilleri ried jidher ta' hero. Fir-realtà kien qiegħed jgħaddihom biż-żmien u jipprova jqarraq mill-ġdid! Ikun żball ukoll għal oħrajn li jippruvaw jagħmlu l-istess. Min jagħmel dan ikun qiegħed jara biss sal-ponta ta' mnieħru. Il-Ministru jrid jiem li għalkemm huwa kaċċatur/ nassab, l-ewwel huwa Ministru tal-Gvern Malti. Ir-responsabbiltà tiegħu hija li jħares, mhux l-interessi tal-it, imma tal-ħafna, aktar u aktar meta l-istat Malti (jiġifieri aħna lkoll) qiegħed jingħata l-ħtija! Dan ifisser li aħna lkoll se nħallsu l-penali mit-taxxi tagħna! Barra minn dan, ir-reputazzjoni ta' pajjiżna ħadet daqqa oħra 'l isfel. Diġà pajjiżna għandu fama ħażina ta' governanza ma' diversi pajjiżi! Filwaqt li tajjeb li wieħed iħares l-interessi tal-it, dan ma jistax isir a skapitu tal-ħafna. Sfortunatament, il-Gvern Laburista kontinwament jagħmel dan, jiġifieri jħares l-interessi ta' xi grupp jew ieħor, a skapitu tal- ġid komuni. Wieħed irid jiem u japprezza wkoll li l-Unjoni Ewropea kibret u hija għandha l-ħtieġa u d-drittijiet li tħares l-annimali kollha. Fil-qosor, dak li kien aċċettabbli jew tollerat 30 sena ilu, illum l-Unjoni Ewropea m'għadhiex lesta taċċettah jew tittollerah. Xi wħud jinsistu fuq li jkun hemm programm ta' 'catch and release', jiġifieri li wieħed jaqbad għasfur u mbagħad jitilqu! Għalkemm fuq il-karta din taħdem, fir-realtà din hija diffiċli li sseħħ! Nemmen li nkunu qegħdin mill-ġdid inqarrqu u nkunu qisna għandna d-dijabete u nkomplu nixorbu l-luminata tad-dieta! Ilkoll nafu li dan huwa daħk fil-wiċċ. Ikun tajjeb li nieħu din l-opportunità ta' din is-sentenza biex ngħinu lin-nassaba jimu fis-sbuħija li jammiraw l-għasafar fil-kampanja miuħa milli dan jinżamm f 'gabjetta! Irridu ngħinuhom jgħaddu minn stat ta' nassaba għal stat ieħor ta' namra ta' apprezzament tal-għasfur fil-libertà tiegħu. Irridu nagħtuhom l-għajnuna biex dawn ikomplu jieħdu ħsieb il-kampanja tagħhom. Immaġinaw kieku l-għalqa flok tibqa' tintuża bħala nassa għall-povru għasfur, issir post fejn wieħed jammira s-sbuħija tan-natura. Immaġinaw kieku n-nassab jingħata l-opportunità li jaqsam l-informazzjoni u t-tagħrif li jaf fuq l-għasafar mal-ġenerazzjoni żagħżugħa! Għalhekk, ejjew ma nibqgħux ngħaddu lin-nassaba biż- żmien. Ejjew ma nibqgħux ninqdew bil-passjoni tagħhom biex niħdulhom il-vot. Ejjew ngħinuhom jgħaddu minn nassaba għal konservaturi vera tal-għasafar! Ejjew inkunu onesti darba għal dejjem magħhom! "Ikun tajjeb li nieħu din l-opportunità ta' din is-sentenza biex ngħinu lin- nassaba jifhmu fis-sbuħija li jammiraw l-għasafar fil-kampanja miftuħa milli dan jinżamm f 'gabjetta!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024