www.illum.com.mt
NRU 935
€1.25
IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024
INTERVISTA
MA' LEONID
McKAY, IS-CEO
TAL-PARTIT
LABURISTA
PAĠNI 6 - 7
ĦADDIEMA TAL-GVERN
'F'KUNDIZZJONIJIET PERIKOLUŻI U
ABBANDUNATI GĦAL SNIN'
L-AKBAR INKWIET: IL-
ĦADDIEMA BARRANIN
PAĠNI 4 U 11
22% tal-Maltin jindikaw li l-ikbar problema fil-pajjiż
għalihom hija l-ammont ta' ħaddiema barranin, waqt li
21% jaħsbu li t-traffiku hu l-ikbar tħassib. Il-korruzzjoni
tiġi fit-tielet post b'14%.
Dan ħareġ minn sondaġġ magħmul minn MaltaToday
il-Ħadd filgħodu.
Is-sondaġġ qasamukoll il-parteċipanti skont l-għażla tal-
partit politiku tagħhom fl-elezzjoni li jmiss. Għall-votanti
Nazzjonalisti, l-ikbar problema hija l-korruzzjoni, segwita
minn ħaddiema barranin. Għall-votanti Laburisti, it-
traffiku u l-ħaddiema barranin huma l-ikbar kwistjonijiet.
Interessanti li fost dawk li mhux se jivvutaw, 26.5%
jaraw il-ħaddiema barranin bħala l-ikbar problema,
segwiti minn tħassib fuq il-bini żejjed u t-traffiku. Dan
jindika li l-għadd ta' barranin li qed jikkontribwixxu
għall-mudell ekonomiku preżenti qed jikkawża pressjoni
fuq il-pajjiż. Madankollu, huma it li qed jinkwetaw
dwar il-pagi baxxi jew problemi relatati ma' flus fil-but.
Il-perċentwal ta' dawk li jsemmu l-għoli tal-ħajja
bħala problema naqas drastikament meta mqabbel ma'
Frar. Fuq livell reġjonali, l-inkwiet fuq il-barranin huwa
l-ikbar fin-Nofsinhar tal-Port il-Kbir, waqt li Għawdex
huwa l-aktar post fejn il-korruzzjoni hija meqjusa bħala
tħassib ewlieni.
PAĠNA 2
IL-LABURISTI INKWETATI BIT-TRAFFIKU, IN-NAZZJONALISTI BIL-KORRUZZJONI