Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557
Ħafna huma dawk l-atturi ta' Hollywood u l-bqija li mietu ta' età pjuttost żgħira, kawża ta' xi mard, traġedja, suwiċidju, jew minħabba l-istil ta' ħajja li għoġobhom jgħixu. F'dan ir-rapport se niffoka fuq xi wħud minnhom. Il-maġġoranza huma rinomati u anki nsemmi xi każ uniku fejn l-individwu waqaf ħesrem minn dan ix- xogħol, jew minħabba raġunijiet personali, jew għax kellu sejħa minn band'oħra, jew għax kien diżilluż f 'din is-sengħa. Impossibbli nsemmi lill-għexieren kollha li spiċċaw qabel iż-żmien. Fi żmien iċ-ċinema mutu, żmien verament tad-deheb għal din l-industrija fejn nisa u rġiel kienu stmati daqs l-allat, l-idolu ewlieni tal- popolazzjoni tas-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor kien Rudolph Valentino, imwieled bl-isem ta' Alfonzo Raffaele Pierre Philbert Gugliemi nhar is-6 ta' Mejju 1895 f 'Castelanata, l-Italja. Maħbub bosta minn nisa fejn aktarx f 'ħafna mill-films tiegħu kien jidher dgħajjef fil- preżenza tas-sess femminili, hu miet malajr fit-23 ta' Awwissu 1926 fl-età ta' 31 sena, aktarx minn ulċera li nfaqgħet jew minn appendiċite li ma ħax ħsiebha mill-ewwel. Eluf kbar ta' nisa attendew għall-funeral tiegħu tant li qam kaos sħiħ bħal rewwixta. Jean Harlow, attriċi bjondija mill-isbaħ, tant attraenti fuq il-liżar il-kbir, meritatament qalgħet it-titlu ta' e Platinum Blonde li kien ukoll l-isem ta' film tagħha ma' Columbia Pictures. Imwielda bl-isem ta' Harlean Carpenter nhar it-Tlieta ta' Marzu 1911 f 'Kansas, mietet ta' 26 sena fis-7 ta' Ġunju 1937 meta nqgħatet vina minn moħħha. Attur ieħor li wara mewtu qajjem kult ta' proporzjon kważi daqs dak ta' Rudolph Valentino, kien James Dean li ħadem biss tliet films apparti xi partijiet ċkejknin oħra. James Byron Dean li kien meqjus il- personifikazzjoni taż-żagħżugħ Amerikan mingħajr sabar, twieled f 'Indiana fit-8 ta' Frar 1931 u miet bi kraxx tal-karozza tiegħu Porsche li tant kien iħobb u jtellaq biha nhar it-30 ta' Settembru 1955 ta' 24 sena biss. Ħafna ma ridux jemmnu li ħalla din id-dinja! Il-leġġenda ta' Norma Jean Mortenson għadha ħajja sal-preżent. Magħrufa aħjar bħala Marilyn Monroe, it-tifla mitluqa waħedha minn età żgħira, meta ommha kienet magħluqa f 'istitut mentali, u li għexet f 'diversi djar ta' adozzjoni, kienet suġġetta għal nuqqas ta' attenzjoni, umiljazzjoni u anki stupru. Wara li ppruvat tagħmel suwiċidju ta' 22 sena, ippużat nuda fuq kalendarju u l-fama waslet wara. Marret fi skola biex tipprova ġġib ruħha eleganti, waslu aktar ritratti (mhux nuda) u anki partijiet fil-films. B'xagħar bjond kważi abjad hi akkwistat pubbliċità kbira u anki fama fil-films, l-aktar minħabba l-personalità tagħha ta' mara sesswali kif ukoll f 'xi films uriet progress bħala attriċi. Lejn l-aħħar ta' ħajjitha ma baqgħetx waħda li torbot fuqha, tasal tard għar-reċtar tant li finalment it-20th Century Fox keċċewha. Hi kienet tistrieħ biss fuq ħafna pilloli tal-irqad u l-alkoħol. Il-mewt traġika tagħha waslet malajr nhar it-5 ta' Awwissu 1962 fl-età ta' 36 sena. Id-diċeriji dwar mewtha huma ħafna sa anki hemm għajdut li mdaħħlin is-CIA. Hi saret is-simbolu tal-femminità eterna. Kontemporanjament ma' Marilyn Monroe, insibu lil Jayne Mansfield imwielda bl-isem ta' Vera Jayne Palmer nhar id-19 ta' April 1933 f 'Pennsylvania. Din kienet magħrufa bħala sex symbol b'ħafna pożi ta' pubbliċità u b'ħajjitha personali qisha ktieb miuħ. Minkejja dan kollu u diversi films li ħadmet kellha kontinwament tgħix taħt id-dell ta' Monroe. Xi produzzjonijiet li ħadmet fihom għamlu suċċess mal-pubbliku u anki rebħet unur il-Golden Globe Awards. Malajr laqqmuha Hollywood's Smartest Dumb Blonde. Fid-29 ta' Ġunju 1967 hi mietet f 'inċident tat-traffiku meta kienet sejra New Orleans fl-età ta' 34 sena. Brandon De Wilde sab ruħu f 'attenzjoni ta' fama fil-Western klassiku Shane (1953) bħala t-tfajjel ta' 11-il sena li jinkaram wara raġel ħafif fuq il-pistola (Alan Ladd) li salva lil familtu minn dawk li riedu jaħtfu l-art tagħhom u li jkun hu li jsalva lill-idolu tiegħu minn wieħed kattiv liebes l-iswed (Jack Palance). De Wilde miet ukoll b'inċident tat-traffiku f 'Denver nhar is-6 ta' Lulju 1972 fl-età ta' 30 sena. Id-data tat-twelid tiegħu hi id-9 ta' April 1932. Sal Mineo (1939-1971) ta' tmien snin tkeċċa minn skola parrokkjali minħabba l-inkwiet. Bħala adolexxenti fil-films hu kien aktar popolari u kien innominat għall- Oscar f 'Rebel Without A Cause (1955) li fih il-protagonist kien James Dean u f 'Exodus (1960). Salvatore Mineo qala' daqqiet ta' sikkina meta kien qed jirritorna f 'Hollywood lejn daru. Kellu biss 32 sena. 14 films IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Ħallewna ta' età żgħira L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Jean Harlow, mietet ta' 26 sena fis-7 ta' Ġunju 1937 Il-leġġendarja Norma Jean Mortenson magħrufa aħjar bħala Marilyn Monroe