MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt S ondaġġ ieħor tal-gazzetta oħt MaltaToday juri bl-iktar mod ċar li l-preokkupazzjoni ew- lenija tal-Maltin hija l-popo- lazzjoni jew il-ħaddiema barranin. Hija preokkupazzjoni mwielda minn realtà vera, imma li għaliha m'hemmx ħafna alternattivi. U safrattant id-dipendenza ta' kulħadd fuq il-barranin tant hija wiesgħa u kbira f 'pajjiżna li diffiċli tifhem minn fejn hu ġej dan l-inkwiet. Ġej bla dubju ta' xejn minħabba l-iffullar u s-sentiment ta' nies kullimkien, kif ukoll ta' attività kontinwa bħal pereżempju traffiku kullimkien. Imma bla dubju ta' xejn huwa wkoll frott il-mod kif qed ngħixu u rridu ngħixu. Irridu li jkollna ekonomija li tħabbat u ddawwar lira, irridu li jkollna l-kumditajiet kollha u rridu li ma jkollniex il-bżonn li nagħmlu xogħol antipatiku u tal-id. Imma hemm realtà oħra ... tant kibret l-ekonomija li litteralment m'hemmx Maltin jew Għawdxin biżżejjed biex ninqdew. Minn accountants, sa waiters, sa sewwieqa tat-taxi, sa securities, u ħaddiema fuq il-post tal-kostruzzjoni. U l-Malti li jħaddem jaf li bil- barranin se jiffranka u jagħmel aktar flus. U l-ħafna Maltin u Għawdxin li għandhom propjetajiet għall-kiri jirringrazzjaw il-Mulej li għandhom kirijiet fit-tul u dħul etern ta' kirijiet – ħafna minnu mhux iddikjarat. Nistgħu nkomplu nirrakkontaw il-mod kif id-dipendenza tagħna fuq il-barranin u kif dan il-pajjiż neżżajnieh minn kull forma ta' awtentiċità. Frott aktarx ta' Muscateconomics li nibet wara l-2013 u ġie abbraċċjat mill- maġġoranza tal-popolazzjoni Maltija. Il-problema mhumiex il-barranin li jiġu hawn u jagħmlu xogħol li aħna ma aħniex lesti nagħmlu jew inkella m'hemm ħadd lest biex jagħmlu. I l-problema huwa l-mudell ekonomiku u l-viżjoni tal-politiċi tagħna li huma mnebbħa minn ideat Neo-Liberali fejn il-valuri ma jiswew xejn u viżjoni fit-tul hija kompletament assenti u fejn it- tkabbir ekonomiku huwa suprem. Ma tantx nimmaġinaw li se jinbidlu l-affarijiet. Tant hu kbir l-għatx li kulħadd isir sinjur u li jiddependi fuq il-barrani. Li nistgħu nagħmlu hu li nfakkru l-pubbliku li qabel ma jirreġistra l-inkwiet tiegħu, jagħraf kemm hu ipokrita u redikolu meta jesprimi dan il-ħsieb. Il-popolazzjoni, il-biża' ta' poplu ipokrita

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 October 2024