MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-fatt li l-Ewropa qed terfa' rasha sew meta niġu għall-partiti tal-lemin li huma kontra l-migranti, il-Musulm- ani u l-integrazzjoni waslet li l-Ew- ropa taqbad id-diska ta' dawn il-gruppi li jirrepetu n-narrattiva tagħhom li l-barra- nin huma l-problema. Il-biża' li l-lemin jirbaħ l-elezzjonijiet ġiegħel u wassal biex ħafna partiti inkluż dawk tax-xellug isiru kontra l-barranin. Forma ta' Trumpiżmu Ewropej. L-istess jista' jingħad fuq il-problema tal-ġenoċidju fil-Palestina, bl-Ewropa timxi fil-passi tal-Amerika u tkompli tittollera l-politika ta' Iżrael li hija minsuġa fuq l-istess storja ta' kif ġew trattati l-Lhud fl-aħħar gwerra dinija min-Nazisti. Huwa għalhekk li niddeskrivu dak li qed jiġri bħala ġenoċidju tal-ġens Palestinjan. Għalxejn infakkru fis-silenzju ta' Metsola, li wrietna bl-iktar mod ċar li hija apoloġista għall-gvern ta' Iżrael. Metsola li ma titlifx ċans tippoża ta' xi gladjatur tas-sewwa. Imma mmorru lura għas-sitwazzjoni tal-Italja. Mela Meloni, il-Prim Ministru Taljan, mexxejja tal-grupp politiku Taljan Fratelli d'Italja, grupp politiku tal-lemin, prova joħroġ bi proposta biex il-migranti jibgħathom lura jew inkella jitilqu mill- pajjiż. Meloni tidher li riedet tikkopja lill- Gvern Ingliż konservattiv li għamel arranġament simili mal-Gvern tar- Rwanda. Arranġament li ġab l-istmerrija ta' bosta gruppi li jaħdmu mal-migranti, kif ukoll f 'isem id-drittijiet tal-bniedem. Danakollu mid-dehra ma waqqafx lil Meloni biex tfittex ehim mal-Gvern Albaniż ta' xi 800 miljun li jwassal li l-Albanija li tospita ġewwa żewġ ċentri jew ħabsijiet għall-migranti. Figura li l-partit tal-PD (alleat tal-Partit Laburista Malti) stqarr li aħjar intuża fil-qasam tas- saħħa. Dan l-arranġament eċita mhux it il- Kummissjoni Ewropea xprunati mill-biża' li l-partiti tal-lemin ikomplu jissaħħu għax l-Ewropa tidher li ma qed tagħmel xejn għall-problema tal-migranti. Malta wkoll, permezz tal-Prim Ministru Robert Abela, uriet apprezzament għall- mossa ta' Meloni. Addijo l-argumenti dwar id-dinjità tal-bniedem u wisq aktar dwar il-bżonn li bħala politika xellugija jkun hemm għarfien tal-obligazzjonijiet tal-Ewropa għal dawk li qed ifittxu kenn jew ażil politiku mill-ħruxijiet tal-pajjiżi fejn twieldu jew miż-żoni fejn hemm kunflitti jew tħeddid ta' gwerer. Tant hu hekk, li issa Qorti f 'Ruma ddikjarat li d-deċiżjoni tal-Gvern Taljan li jibgħat migranti li jaslu l-Italja fl-Albanija tikser id-drittijiet fundamentali tal- bniedem u hija kontra l-liġi. Fl-istess nifs il-Prim Ministru ta' Franza Barnier stqarr li arranġament bħal dak ma jkunx 'legali' fi Franza. Ovvjament Meloni ħarġet tattakka l-qrati Taljani. Li nafu hu li l-Gvern Malti, minflok ma ħareġ b'xi idea innovattiva ta' veru u tajba għall-problema tal-migrazzjoni, qabeż fuq il-karru ta' Meloni, minkejja l-fatt li issa hemm l-intopp minħabba l-eżitu tal-qorti Taljana. U aħna billi aktar konxji mis-saltna tad-dritt u minkejja l-ħafna prietki mill- orakli, għandna tradizzjoni li nirrispettaw lill-qrati ... u nagħrfu meta niżbaljaw. Il-falliment tal-Ewropa fil-qasam tal-migrazzjoni

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 October 2024