Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158
10 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum opinjoni Chairperson tal-ADPD SANDRA GAUCI Lili qed tara? L -impunità li wasslet għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u li tagħha se nfakkru diġà s-seba' anniversarju mit-telfien traġiku tagħha, baqgħet tikber u bħal kankru kbir ħakmet kull livell u kategorija. Ħadd mhu eżenti milli jisfa' vittma ta' din l-impunità. Sa omm tilfet lil binha frott l-impunità u t-traskuraġni u kellha tiġġieled u tniżżel lil Malta fit-toroq biex tieħu it mill-ġustizzja li l-mewt ta' Jean Paul Sofia jistħoqqilha. Veru li dawk responsabbli għaddejjin proċeduri l-Qorti. Imma huma proċeduri li jdumu u qishom ma jispiccaw qatt. Dan id-dewmien ikompli jagħmel ħajjet il-vittmi miżerja. L-idea persistenti li tista' tagħmel li trid għax ta' ġewwa, dak ħabib, dak minn tagħna, saret il-modus operandi ta' dan il-gvern li minn skandlu għall-ieħor kompla jxejjen il-kunċett ta' mertu, ta' għajnuna lil min veru batut u ta' kontroll. L-idea li qegħdin ngħixu ġo ġungla fejn kulħadd jista' jagħmel li jrid narawha fil-mod kif ċerti nies donnhom 'il fuq mil-liġi. Għal ħaddieħor imbagħad, il-liġi tara u kif, u jimxu miegħek bil-pinna u l-klamar. Rajna sajf fejn ħafna residenti qed jissieltu biex jieħdu lura l-bankini u x-xtut tagħhom minn operaturi li donnhom għandhom carte blanche biex jagħmlu li jfettlilhom għax bil-permess. Meta tara dan il-permess issib li jkun għal għaxart imwejjed imma jagħmlu 20 u biex jinfurzaw fuq dawk l-għaxra żejda trid taqla' fwiedek. Jgħadduk minn Qajfa għal għand Pilatu għax donnu ħadd ma jrid jieħu r-responsabbiltà ta' dan il-famuż permess u spiċċajna aħna ċ-ċittadini weħidna għatxana għall-ordni. Għax iva, il- poplu xeba' f 'dan il-kaos li qiegħed litteralment imarrdu, mhux biss fiżikament, iżda anke mentalment. Meta tasal il-bidla għax in- numri qegħdin juru li n-nies xebgħu, se jkun hemm sfida kbira biex treġġa' lura l-ordni u l-indafa fejn il-korruzzjoni u l-menefregiżmu ddominaw għal snin twal. L-iskandlu tal-karti tal-identitajiet foloz fetaħ beraħ kaxxa ta' Pandora li minnu ħerġin stejjer ta' abbuż sfrenat u traffikar ta' nies kważi istituzzjonalizzat bil-barka ta' min imexxi. Hemm ammont enormi ta' nies involuti li sabu t-tiġieġa li tbid il-bajd tad-deheb u raw x'għamlu biex ibillu it subgħajhom billi jagħmlu l-business minn iddisprati li ħallsu somom kbar għax ħasbu li se jsibu l-ġenna tistenniehom. Iżda hemm ukoll ċittadini li bilkemm kienu jafu li l-indirizz tagħhom kien iservi għal skopijiet illegali. Mhux biżżejjed qaħħabna l-passaport tagħna imma anke l-identità ta' kull ċittadin li safa' vittma ta' dan ir-racket enormi li għadu għaddej u li kuljum niskopru xi ħaġa ġdida. Kulħadd hu pedina li tista' tintuża sabiex il-ħbieb tal-ħbieb iħaxxnu bwiethom. U int biex tmur l-isptar trid tiġi ċċekkjat għal darba tnejn biex turihom li int verament int u mhux xi ħaddieħor. Dawn mhux affarijiet normali. Il-pajjiż għandu għatx għan- normalità fejn iċ-cittadin iħossu protett mill-istituzzjonijiet u mhux ma jafdahomx u kull darba jrid jiġġieled għal dawk li huma d-drittijiet tiegħu. Irid pajjiż fejn kulħadd hu stmat l-istess u mhux għandna liġi tal-allat u liġi tal-bhejjem. Irridu nrawmu lura t-tama fiż-żgħażagħ li jridu jaraw f 'pajjiżhom post fejn jistgħu jikbru, kemm fuq livell professjonali, kif ukoll f 'dak emozzjonali billi jkunu jistgħu jgħixu b'mod indipendenti u jkollhom il-familja tagħhom. Li jkollok dar ma jistax jibqa' spekulazzjoni. Id-dar hija dritt. Bil-postijiet vojta li għandna iżda bi prezzijiet aċċessibbli għal it, din il-fażi tal-ħajja qed tibqa' biss ħolma. Ejja nqumu mir-raqda u nibdew naħdmu biex il-ħolma li jerġa' jkollna pajjiż normali sseħħ. Pajjiż fejn teżisti l-ġustizzja soċjali u legali; fejn min jiżbalja jħallas u mhux jiġi maħfur, skużat u ppremjat. Ejja niksbu lil Malta lura. "Il-pajjiż għandu għatx għan- normalità fejn iċ-cittadin iħossu protett mill- istituzzjonijiet u mhux ma jafdahomx u kull darba jrid jiġġieled għal dawk li huma d-drittijiet tiegħu."