MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M a kienx hemm folla kbira ta' nies fil-protesta quddiem fejn ġej l-iżvilupp ta' Villa Rosa. Imma ma jfissirx li n-nies mhumiex irrabjati. Ma jfissirx li l-Gvern għandu jkompli jittratta n-nies ta' tapit. Illum ġibna l-awtorità tal-ippjanar, awtorità li tittimbra proġett u mhux ieħor. U b'kull rispett lejn kulħadd huwa minnu li kull proġett jingħata l-istess trattament. Mhux il-każ. Dawk li jitilgħu t-taraġ ta' Kastilja jingħataw iktar widen minn ħaddieħor. Mhux għax aħna favur proġett jew ieħor, imma ara l-proġett ta' Kemmuna, lanqas kelma waħda li hija waħda. Imbagħad oħrajn għax ikollok żviluppatur li ma ħabbatx bieb wieħed imma kollha li huma, alla jbierek tara l-proġett tiegħu on the fast track. L-argument tal-Gvern huwa li dawn il-proġetti qed isostnu l-ekonomija ta' Malta. Imma ħadd mhu qed jistaqsi x'inhu l-effett ta' dan kollu. Ħadd ma qed jistaqsi x'qed jiġri meta niftħu l-bibien għal iktar żvilupp. Dan hu pajjiż fejn min jiżviluppa għandu lill-Gvern u lill-partiti mill- bajd. Il-gazzetta oħt, l-ILLUM, staqsiet lill-Partit Laburista u lill-Partit Nazzjonalista jekk qattx iltaqgħu ma' Anton Camilleri (il-Franċiż). Ma kien hemm ebda risposta. Lanqas jistħu. Paroli għandhom kieku. Lanqas dubju m'għandna li l-Franċiż iltaqa', kemm ma' Abela, kif ukoll ma' Grech. U l-gazzetta oħt staqsiet ukoll jekk qattx irċevew flus mingħand il-Franċiż u għat-tieni darba kien hemm silenzju totali … li jfisser li xi ħaġa hemm. U din inkwentanti. Tajba din, mela Ċikku Borg jekk jersaq il-bank b'€4,000, €5,000 jew €10,000 jew iktar f 'cash, il-bank jagħmel il-ħajja ta' dak li hu martirju imma jekk Partit Politiku jagħmel hekk ma jimpurtax. U xi ngħidu wkoll għall-fatt li meta żviluppatur itik flus mhux dikjarati jfisser li għandek obbligu lejn dak li jkun? U ara ma taħsbux li huma affarijiet li ma sarux. Għal snin sħaħ il-partiti tagħna kienu mixtrija minn dawn il-forzi ekonomiċi ... iktar milli qatt ħsibna. U dan jafu kulħadd. Il-karba tan-nies mhux dejjem tkun pubblika jew vokali. Ħafna drabi tkun elettorali. Ejjew ninsew għal mument il-PN li llum hu mmexxi bl-auto pilot minn persuna mingħajr viżjoni u kompetenza. Intant inħarsu lejn il-PL immexxi llum minn Robert Abela. Fl-2017 ivvutaw 170,976 għal-Labour. Fl-2022 ivvutaw 162,707 għal-Labour, u fil-Parlament Ewropew ivvutaw 117,805 għal-Labour. Trid tkun agħmi biex ma tindunax li hemm xi ħaġa ħażina, agħmi li jargumenta li s-sondaġġi huma ħżiena u manipulati. Jekk hemm xi ħaġa li mhix manipulata, hi li l-partiti għandhom il- bajd tagħhom f 'idejn l-iżviluppaturi. Min għandu l-bajd f ' idejn min

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 October 2024