Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581
13 arti u kultura IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti It-tieni edizzjoni ta' Rabat Sacrum Inawgurat l-Ispazju Internazzjonali għall- Arti Kontemporanja ta' Malta – MICAS Nhar is-Sibt 2 u l-Ħadd 3 ta' Novembru, it-toroq fil-qalba tar-Rabat se jerġgħu jiddawlu filwaqt li jinfetħu beraħ il-bibien tal-knejjes u tal-mużewijiet li hi mogħnija bihom din il-lokalità storika, hekk kif se tkun qed tittella' t-tieni edizzjoni ta' Rabat Sacrum. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, b'kollaborazzjoni ma' diversi entitajiet governattivi u l-għaqdiet tar-Rabat, se jkun qed idawwal it- toroq Rabtin filwaqt li jesebixxi t-teżori li hemm fil-knejjes u fil- mużewijiet li jinsabu f 'din il-lokalità. Apparti minn hekk, se jsiru diversi reenactments, u se jkun hemm ukoll kunċerti, ikel tradizzjonali, esebizzjonijiet u inorata. Id-dettalji dwar din l-attività ngħataw mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u mill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia. Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan l-avveniment li huwa parti mill- kalendarju kulturali ta' pajjiżna, mhux biss se juri t-teżori li hu mogħni bihom ir-Rabat u dak kollu konness miegħu, iżda wkoll juri l-impenn u r-rieda tal-kunsill lokali li jorganizza avvenimenti fuq skala daqshekk kbira u professjonali. Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia enfasizzat li avvenimenti bħal dik ta' Rabat Sacrum joffru pjattaforma unika fejn id-diversità kulturali u storika tar-Rabat tista' tiġi ċċelebrata minn kulħadd. Min-naħa tiegħu, is-Sindku tar- Rabat Sandro Craus irringrazzja lill-Gvern li permezz ta' diversi ministeri u entitajiet qed jappoġġja din l-attività kemm finanzjarjament u anke loġistikament. Huwa qal li din l-attività għandha l-għan li tgħaqqad lir-Rabat sabiex f 'dawn il-jumejn il-lokalità turi r-rikkezzi li hi mogħnija bihom u li tagħmilha differenti minn lokalitajiet oħra. Is-Sibt 2 ta' Novembru, l-attività se tibda mis-18:00 ta' filgħaxija 'l quddiem, filwaqt li l-Ħadd 3 ta' Novembru l-attività se tkun bejn id-9:00 ta' filgħodu u s-18:00 ta' filgħaxija. Se jkun ukoll provdut servizz ta' Park and Ride minn Triq l-Infetti. Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-ewwel Spazju Internazzjonali għall- Arti Kontemporanja ta' Malta, il- MICAS, fil-Furjana. Binja li hija mifruxa fuq medda ta' erbat elef metru kwadru u li se tkun qed toffri spazji għall-esebizzjonijiet u installazzjonijiet artistiċi kontemporanji, kemm għall- artisti Maltin, kif ukoll għal dawk internazzjonali. Dan il-proġett twassal b'investiment komprensiv ta' €30 miljun. Fl-indirizz tal-okkażjoni, il-Prim Ministru Robert Abela sostna kif il-uħ ta' dan l-ispazju jissimbolizza l-progress kollettiv tal-pajjiż. "Li qed nirreferi għalih huwa l-progress li qed jaffettwa wkoll il- qasam kulturali tagħna frott il-ħidma tal-artisti bravi u innovattivi li għandna, id f 'id mal-impenn tagħna bħala Gvern biex inkomplu nkattru u noħolqu kuxjenza fuq l-isbaħ elementi tal-identità Maltija," sostna l-Prim Ministru hekk kif irrimarka li b'dan l-investiment il-Gvern qed ikompli jafda lill-artisti bl-identità ta' pajjiżna. Abela tenna wkoll kif il-Gvern se jkompli jaġixxi favur il-qasam artistiku b'aktar investiment sabiex l-artisti jkollhom aktar pjattaformi u għajnuna biex jesponu t-talenti tagħhom. "Malta trid tkun ċentru fil-Mediterran għall- kreattività artistika. Dan il-kliem sostnejtu it taż-żmien ilu meta nedejna l-ewwel edizzjoni tal-Biennale.art u qed nerġa' nirrimarkah illum b'iktar konvinzjoni għax nemmen fih tabilħaqq. Malta għandha tkun id-dar naturali tal-artisti," qal Robert Abela. Il-Prim Ministru rrimarka wkoll kif dan il- proġett estensiv ta ħajja ġdida lil żona fil-Furjana li jinsab fiha u b'hekk se jgħin ukoll jimbotta aktar turiżmu ta' kwalità, b'mod partikolari dak kulturali. Intant indirizza wkoll iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, il-Ministru għall- Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici li qal, "L-inawgurazzjoni tal-MICAS illum hija mument storiku li jirrappreżenta pass ieħor lejn il-bini ta' Malta bħala ċentru ewlieni għall- arti kontemporanja u djalogi kulturali internazzjonali. Dan il-proġett ambizzjuż ta' €30 miljun mhuwiex biss riżultat ta' wegħda elettorali mwettqa, iżda hu simbolu ta' kif l-arti tista' ssaħħaħ is- soċjetà tagħna, billi tipprovdi spazji għall- kreattività u l-koeżjoni soċjali. MICAS se jservi bħala pjattaforma għat-talenti Maltin, Għawdxin, u internazzjonali biex jesebixxu xogħolhom, filwaqt li jsaħħaħ it-turiżmu kulturali f 'pajjiżna."