Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581
Wieħed mill-gruppi li kienu jkantaw kanzunetti Country & Western kienu e Sons Of e Pioneers. Dawn dehru f 'xi films jakkumpanjaw lil Gene Autry. Fost il-membri ta' dan il-grupp mużikali kien hemm wieħed żagħżugħ simpatiku jismu Leonard Franklyn Slye minn Duck Run, belt żgħira agrikola f 'Ohio. L-eżekuttivi tal-kumpanija Republic Pictures bdew jitfantsu meta Gene Autry, li kien għadu popolari sewwa, beda jitlobhom aktar flus meta hu ġie msejjaħ fis-servizz tat-Tieni Gwerra Dinjija. Republic sabu l-okkażjoni perfetta biex ifittxu cowboy-kantant li jista' jeħodlu postu u "bil-għajnuna t'Alla", kif sostna hu stess, Leonard Slye mar għall-provi. Wara li ffirma kuntratt magħhom, issa bl-isem ta' Dick Weston, is-suċċess mixtieq ma wasalx. Wara li kellhom xi differenzi ma' Gene Autry, taw il-parti prinċipali tal-film Under Western Stars lil Weston, però ddeċidew li jtuh isem ġdid. Weston (Slye) kien semma l-kunjom Rogers għax kien iħobb lill-attur/imprenditur Will Rogers u fl-aħħar iddeċidew fuq Roy. Minn dan il-film 'il quddiem, Roy Rogers, kif issa sar wisq magħruf, sar leġġenda tal-Westerns bil-kant. Is-suċċess kbir mhux previst ta' din il-produzzjoni ħajjar lil Republic Pictures jimbarkaw fuq numru oħra ta' films għal dan it- talent ġdid, b'ambjent differenti u aktar modern minn dawk ta' Gene Autry. Il-pubbliċità tal-kumpanija Republic laqqmu lil Roy Rogers bit-titlu King Of e Cowboys, titlu li verament jixraqlu u liż-żiemel tassew bravu tiegħu, Trigger, e Smartest Horse In e Movies. Bis-saħħa ta' Rogers, il-films ta' cowboy-kantanti oħrajn li ġew wara l-gwerra wkoll sabu xi forma ta' fama, il-baġits żdiedu u anki bdew jintwerew bħala l-produzzjonijiet prinċipali. Sakemm dan il-ġeneru tilef l-appell tiegħu mal-pubbliku, Roy Rogers, mill-1946 sa sitt snin wara, baqa' fil-quċċata tal-listi dwar Singing Cowboys b'Gene Autry, li mar jaħdem il-films tiegħu ma' Columbia Pictures, jiġi t-tieni. Fl-1944, attriċi ġdida, Dale Evans bdiet tirkeb u ssuq xi żiemel ma' Roy Rogers u baqgħet miegħu għal xi 50 sena wara. L-ewwel film li ħadmu flimkien kien e Cowboy And e Senorita. Dale, ukoll kantanta, ħadmet xi xogħlijiet oħra qabel (mhux Westerns). F'dan iż-żmien Roy intlaqat minn traġedja kbira meta wara t-twelid tat-tielet tifel tiegħu, martu mietet it wara l-ħlas. Issa waħdu bi tlett itfal, Roy beda jkun aktar intimu ma' Dale, tant li fil-31 ta' Diċembru 1947 huma żżewġu. Gene Autry u Roy Rogers, iż- żewġ ikoni primi tal-Westerns bil- kant, kienu kważi l-uniċi tnejn li kien fadal sal-1951 u magħhom, forsi għaxar snin tard, tfaċċa Rex Allen li, f 'medda ta' sentejn jew it aktar, ukoll kiseb popolarità. Roy Rogers u martu Dale Evans kienu persuni ta' konvinzjoni reliġjuża qawwija, ġentili, umlin u wettqu ħafna xogħol ta' karità speċjalment ma' tfal bżonjużi, kif ukoll baqgħu jidhru fi programmi televiżivi. Il-poplu Amerikan, fil- maġġoranza tiegħu għadu tassew jirrispetta l-memorja tagħhom bosta snin wara mewthom. Roy twieled fil-5 ta' Novembru 1911 u miet ta' 86 sena fis-6 ta' Lulju 1998. Xi kanzunetti popolari kantati minn Roy Rogers huma: Don't Fence Me In, Red River Valley, e Yellow Rose Of Texas, at Palimino Of Mine, Roll On Texas Moon Cold, Cold Heart, I'll Be Home For Christmas u ma' Dale Evans, Jesus In e Morning, On e Wings Of A Small White Dove, Cowboy's Prayer u dawk reliġjużi, fosthom e Bible Tells Me So, Did You Stop To Pray is Morning, e Lord Is Counting On You, u diversi oħrajn. Barra dawn iż-żewġ ġganti ta' dan il-ġeneru ta' film, oħrajn popolari huma: Rex Allen li wasal tard (fl-1950) u rnexxielu jaħdem mal-20 film ma' Republic Pictures flimkien maż-żiemel tiegħu Koko. Cowboy-kantant ieħor li forsi ma ngħatax l-għarfien li jixraqlu huwa Tex Ritter. Bejn l-1936 u l-1945 kien l-aktar wieħed li deher f 'dawn il- Westerns bil-kant. Tex ħadem films ma' kumpaniji żgħar, magħrufa bħala Poverty Row, bħal Grand National u anki ma' Monogram, Columbia Pictures, Universal u fl- aħħar ma' PDC. Aktarx li l-aktar li baqa' jissemma għal kanzunetta Do Not Forsake Me O My Darling li jinterpretaha matul il-Western klassiku High Noon (1950). Xi kanzunetti popolari minn tiegħu huma Deck Of Cards, Boll Weevil, Jealous Heart, Wandrin' Star, Colitto Lindo, Home On e Range u oħrajn. Għal xi snin, il-fama messet ukoll lil Eddie Dean, biż-żiemel tiegħu Flash, Jimmy Wakeley, Monte Hale, Bob Nolan flimkien ma' e Sons Of e Pioneers, kif ukoll lil Foy Willing u e Riders Of e Purple Sage. It-trab imtajjar mill-ġiri taż- żwiemel ta' dawn il-cowboys- kantanti ilu li qagħad f 'postu. Però l-films modesti li ħadmu, ġieli medjokri iżda dejjem b'intenzjoni tajba, se jibqgħu jiġu mfakkra f 'xi festivals ta' din ix-xorta, f 'xi sala mudlama ta' xi kollettur ta' dawn ix-xogħlijiet, fuq xi stazzjonijiet tat- TV aktarx mhux f 'ħinijiet normali, fuq id-DVDs jew fuq l-internet. Issa, dawn il-cowboys-kantanti qed jiġru fuq vjaġġi differenti – fuq id-dellijiet tal-memorji tagħna! Adios! 14 films IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-cowboys kantanti IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA