Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841
Diversi films, wara li joħorġu għall-wiri, ġieli jkunu kważi minsija mingħajr suċċess, iżda fis-snin ta' wara jakkwistaw il- fama ta' xogħlijiet kulti. Mela, x'inhuma l-ingredjenti ta' dan il-fenomenu? Hemm ħafna raġunijiet varji għaliex ċerti produzzjonijiet ċinematografiċi jieħdu din il-fama. Mill-eluf kbar ta' films li ħarġu għall-wiri, numru mdaqqas minnhom joħolqu ħeġġa u interess qawwi f 'dawk dilettanti li jkunu għatxana li jerġgħu jarawhom wara xi żmien. Kultant żmien, film li jfalli finanzjarjament fil-bidu jew li ma jinteressax lil ħafna tiġri l-kelma favorih tant li wara jiġbed l-attenzjoni ta' dawk akkaniti li jiddomandawh anki billi jsegwuh fuq it-televiżjoni jew fuq DVD. Hekk ġralu It's A Wonderful Life (1946), li falla meta ħareġ oriġinarjament u permezz ta' wiri spiss fuq it-TV fis-snin ta' wara ħa l-fama ta' kult u fil-preżent hu wieħed mill-aktar popolari (anki tawh il-kulur) ta' żmien il-Milied. Parti mill-udjenzi jorbtu ma' qalbhom ċerti films, jibqgħu jaħsbu fuqhom kontinwament, imeru lil min imaqdarhom u jkunu deċiżi u entużjasti li jibqgħu jarawhom kull meta jiġihom l-aptit għalihom. Il-kultisti, sezzjoni żgħira ta' spettaturi magħrufa mhux biss biex jiddevertu bil-film jew films favoriti tagħhom, iżda kważi jadurawhom, ifittxuhom kull fejn ikunu, anki fuq it-TV u jippruvaw iħajru lill- oħrajn biex isiru fanatiċi tagħhom mingħajr ma jagħtu l-iċken kas tal- kritika, speċjalment meta din tkun negattiva. Il-films kulti jkopru kull ġeneru, sa minn dawk għat-tfal u l-familji għal oħrajn li jinteressaw lill-adulti, inkluż dawk pornografiċi. Xi produzzjonijiet li ħadu l-fama ta' xogħol kult ukoll kellhom suċċess sa mill-bidu li bdew jintwerew. Films li fi żmienhom ma kinux għall-palat tal-ġenerazzjoni kontemporanja, meta reġgħu ntwerew snin wara tassew għoġbu l-gosti taċ-ċineisti (eżempju klassiku ta' film ta' din il- kwalità hu l-film Fantasia (1940) ta' Disney li fil-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' snin wara sabu fih elementi psikalediċi). Ħafna films kulti tal- passat bħal Citizen Kane (1941) għadhom popolarissimi sal-preżent, kemm mal-pubbliku u kemm mal- kritiċi u spiss jintwerew fil-ħinijiet ta' tard billejl. e Rocky Horror Picture Show (1975) huwa eżempju ċar. Dan il-film mużikali għadu verament popolari fil-preżent, jintwera sikwit fis-sigħat ta' tard billejl u dawk bikrin ta' filgħodu bil-fanatiċi tiegħu jorganizzaw festivals fejn ikunu lebsin bħall-protagonisti tal-film, jimitaw, jimmimjaw u jkantaw l-aktar kanzunetti popolari li jinstemgħu f 'din il-produzzjoni. Bosta jqisuh l-aħjar film kult li jeżisti, anki personalment. Il- magażin influwenti Entertainment Weekly iqisu e Rocky Horror Picture Show bħala n-Nannu tal- films kulti. Il-moħħ wara dan il-proġett hu Richard O'Brien li twieled bl- isem ta' Richard Timothy Smith fil-25 ta' Marzu f 'Cheltenham, l-Ingliterra. Ta' 10 snin il-familja tiegħu emigrat lejn New Zealand fil- belt ta' Touranga. Waqt li kien qed jaħdem bħala barbier quddiem iċ- ċinema Hamilton Embassy eatre beda jsib ruħu hemm għall-wirjiet ta' tard billejl fejn ġeneralment kienu jintwerew films tax-xjenza fittizja jew tal-biża' tant popolari f 'dawk is-snin ħamsin. Minn dawn ix-xogħlijiet ġietu l-idea għal e Rocky Horror Picture Show. Meta ta' 22 sena reġa' lura l-Ingilterra biddel ismu għal O'Brien, kunjom ommu xebba għax diġà kien hemm attur bl-isem ta' Richard Smith. Hu beda jieħu sehem bħala stuntman f 'xi produzzjonijiet Brittanniċi, studja r-reċtar u beda jaħdem fuq il-palk f 'partijiet żgħar bħal f 'Jesus Christ Superstar. Permezz ta' Jim Sharman (id- Direttur Awstraljan ta' e Rocky Horror Picture Show), O'Brien lesta abbozz ta' ktieb komiku ta' tema gotika u tal-biża' b'fil ta' kummiedja ta' fantasija. It-titlu oriġinali kien ey Came From Denton High imma Sharman issuġġerixxa li jibdel l-isem għal e Rocky Horror Show. Din il-wirja fetħet fit-Teatru Upstairs f 'Ġunju 1973. Fi it ġimgħat, minkejja f 'teatru żgħir, is-suċċess kien wieħed inkredibbli. B'hekk, dan ix-show dar diversi teatri oħrajn akbar u aktar spazjużi sakemm eventwalment beda jintwera fil-West End ta' Londra. Wara li ra żewġ wirjiet ta' e Rocky Horror Show fit-Teatru Upstairs, Jonathan King, produttur tad-diski, fi żmien 48 siegħa ħareġ is-soundtrack bil-kast oriġinali minnufih fuq id-ditta U.K. Records. e Rocky Horror Show juri l-imħabba li kellu Richard O'Brien għall-films tal-biża' u x-xjenza fittizja ta' mis-snin tletin sa dawk tal- ħamsin, fejn ikkombina elementi ta' umoriżmu mhux intenzjonat ta' dawn ix-xogħlijiet modesti, il-films 'peplum' li fihom ħadem l-immuskolat Steeve Reeves (Mr. Universe għal bosta drabi) u dawk tar-rock'n'roll oriġinali tas-snin ħamsin. 18 films IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-film klassiku kult pereċċellenza – The Rocky Horror Picture Show L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA