Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841
17 arti u kultura IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Strait Street to Abbey Road: L-istorja vera ta' Tony Carr Titnieda l-Malta Comic Con 2024 Is-snin bikrin ta' Tony Carr kienu magħmulin mill-mużika. Iggwidat minn mużiċisti jazz Afro-Amerikani, Tony ifforma parti minn wieħed mill- ewwel triji tal-Jazz f 'Malta. Imqanqal mill-passjoni għall-mużika, mar Londra, fejn eventwalment ingħaqad ma' Billy Eckstine fuq tour Ewropew, u dan kien il-punt tat-tluq tiegħu. Matul is-sittinijiet, Tony sar wieħed mill- aqwa drummers ta' John Cameron, u kkollabora ma' leġġendi bħal Ella Fitzgerald u Paul McCartney. Minkejja l-kontribuzzjonijiet sinifikanti tiegħu, il- wirt ta' Tony għadu sottovalutat f 'Malta. Dan id-dokumentarju jiċċelebra l-vjaġġ influwenti tiegħu fix- xena internazzjonali tal-jazz. Id- dokumentarju huwa taħt id-direzzjoni ta' Cedric Vella u bbażat fuq il-bijografija ta' Tony Carr, miktuba minn Ġużè Camilleri. Huwa wkoll appoġġjat mill- Kunsill Malti għall-Arti. Dan id-dokumetarju se jintwera fiċ-ċinema ta' Spazju Kreattiv fil-5 ta' Novembru fit-8pm. Il-biljetti jinxtraw mis-sit uffiċjali ta' Spazju Kreattiv. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-Malta Comic Con – avveniment maħsub għal kulħadd, speċjalment għall- familji. Dan l-avveniment se jittella' fid-9 u fl-10 ta' Novembru fl-Eden Arena, u f 'dawn il-jiem se tiġi ċċelebrata l-kultura pop f 'Malta. Dan tħabbar mill-Ministru Owen Bonnici, flimkien mal- organizzaturi ta' Wicked Comics. Il-Ministru Bonnici enfasizza li l-Malta Comic Con baqgħet tikber b'mod konsistenti matul is-snin, u li din is-sena se tkun waħda mill- aktar edizzjonijiet spettakolari. Huwa qal li l-viżitaturi jistgħu jistennew varjetà ta' attivitajiet bħal workshops, avvenimenti tal-gaming, taħditiet u diskussjonijiet, bosta prodotti għall-bejgħ, kompetizzjonijiet tal-cosplay, u ħafna aktar. Il-qofol tal-avveniment se tkun l-Artist Zone, fejn fiha se jintwerew talenti notevoli, kemm Maltin, kif ukoll internazzjonali. Il-Ministru semm wkoll l-impenn tal- Gvern biex ikompli jappoġġja dawn l-inizjattivi permezz tal- Kunsill Malti għall-Arti. Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti, Maria Angela Vassallo qalet: "Il-Malta Comic Con huwa avveniment tant mistenni mill- komunitajiet Maltin u jkompli jsaħħaħ is-settur artistiku u kreattiv lokali, hekk kif din l-inizjattiva tallinja mal-fergħa tad-diversità u l-komunitajiet fi ħdan l-Istrateġija tal-Kunsill." Min-naħa tiegħu, il- President tal-Wicked Comics, Fabio Agius, qal: "Ninsab kuntent ħafna bil-progress li għamlet l-Għaqda Wicked Comics. Sena wara oħra, qed tiġbed udjenza akbar u tkompli taħdem għall-għan prinċipali tagħha li toffri opportunità lill-artisti tal-komiks lokali biex ikabbru t-talenti tagħhom u xogħolhom ikun rikonoxxut lil hinn minn xtutna." Imwaqqfa fl-2005, Wicked Comics hija organizzazzjoni mhux governattiva rreġistrata li tippromovi l-kultura tal- komiks madwar id-dinja. Il-biljetti għall-Comic Con jistgħu jinxtraw fuq https:// www.maltacomiccon.com.