Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841
opinjoni 16 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Il-Mużew Il-Ħaġar jiċċelebra l-anniversarji importanti fl-istorja reċenti tal-gżejjer Maltin Diskussjoni Nhar is-Sibt 9 ta' Novembru 2024 fil-11:00, il-Mużew Il-Ħaġar fil-Belt Victoria, Għawdex, se tfakkar tliet dati storiċi importanti fi gżiritna: is-sittin anniversarju tal-Indipendenza (1964), il-ħamsin anniversarju tar-Repubblika (1974), u l-għoxrin anniversarju tas-Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan l-avveniment iġib l-isem ta' Milestones of Nationhood. Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, se tintroduċi d-diskussjoni b'moderazzjoni minn Steve Mallia, eks editur tal-gazzetta Sunday Times of Malta. Fuq il-bord tad-diskussjoni se jkunu preżenti l-Eċċellenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca, President Emeritu ta' Malta, kif ukoll Lino Briguglio, Joseph Pirotta, u Simone Azzopardi, akkademiċi fl-Università ta' Malta. Flimkien se jirriflettu fuq dawn it-tliet avvenimenti storiċi f 'Malta, fuq l-iżvilupp tagħhom fi gżiritna u fuq l-istat kurrenti u l-futur ta' pajjiżna. Dħul għall-Mużew huwa b'xejn imma huwa rrakkomandat li tirriserva post billi tibgħat email fuq events@heartofgozo.org.mt. Iktar dettalji fuq avvenimenti futuri jinsabu fuq is-sit elettroniku l-ġdid tal-Mużew. It-Teatru Manoel qegħdin jippreżentaw produzzjoni tagħhom stess "MEDEA" ta' Ewripide b'verżjoni ta' Ben Power diretta minn Bettina Paris, bis-sehem ta' Becky Camilleri fl-irwol prinċipali, Nathan Brimmer bħala Jason u Mikhail Basmadjian bħala Kreon. Medea, l-aktar eroina Griega li hija traġika u disturbanti, inħolqot minn Ewripide kważi 2,500 sena ilu. Hija ta' spiss impinġija bħala xitan mara, manipu-latriċi u qattiela, salvaġġa kemm bl-imħabba, kif ukoll bir-rabja. F'din il- produzzjoni se nsibuha bħala mara ddisprata biex tieħu lura l-kontroll ta' ħajjitha, traduta minn raġel li ħabbet ħafna imma li għażel li jibda ħajja ġdida ma' mara oħra. Medea waslet fit-tarf permezz tal-imġiba tiegħu u tas-soċjetà li għexet fiha. Din il-verżjoni kontemporanja tal-iskript tesplora kull karatteristika ta' persunaġġ magħrufa għall- qtil ta' wliedha. Medea mhijiex miġnuna, imma intelliġenti, ap-passjonata, imkissra, taf tħobb u bla waqfien. L-istorja traġika hija kemm tagħha u kemm tal-komunità. Din hija ġrajja fuq l-imħabba, it-tradiment, u l-pressjoni li jitfgħu l-aspettattivi tas-soċjetà. F'din il-prestazzjoni, il-moviment huwa evidenti ħafna, fejn dan joħroġ 'il barra l-kumplessitajiet tal-karattru, iżid mad- dettall tax-xogħol u tan-narrattiva u joħodna mal-liwja emottiva tal-kotra. Din il-Medea tippreżentalna dinja familjari, fejn naraw lilna nfusna u l-komunità tagħna permezz ta' dan ix-xogħol. Il-ġrajja ta' Medea tiddi bħala waħda li mhux daqshekk imbiegħda mill- ġrajja tagħna. Medea: l-aktar eroina Griega traġika u disturbanti issa fit- Teatru Manoel