Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Qorti tal- Familja: Laqgħa mal-pubbliku u l-għaqdiet Kemi Badenoch magħżula bħala l-Kap tal-Partit Konservattiv Ingliż ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI Applikazzjoni Emendata għal PA 3134/19 - Bini ta' Corinthia Oasis – Ix-xogħlijiet jinkludu emendi għal permess preċedenti – Bini ta' Lukanda u 25 Residenza. Sit: Corinthia Oasis (ex Hal Ferh Complex), Triq il-Kappella Tal-Militar, Triq in-Nahhalija, Mellieħa PA 05420/21 (EA/00021/21) B'dan qed jiġi avżat li ġie sottomess ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq. Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa05420-21/ u mill-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Il-pubbliku jista' jara wkoll kopja stampata tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-Marsa. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt jew jikteb lid-Direttur għall-Affarijiet Regulatorji, L-Awtorità għall-Ambjent u r- Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, sat-3 ta' Diċembru 2024. Data: 3 ta' Novembru 2024 Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f'certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli. Kemi Badenoch ġiet eletta bħala l-kap il-ġdid tal-Partit Konservattiv fir-Renju Unit, wara li rebħet b'vantaġġ ta' 12,000 vot fuq l-avversarja tagħha. L-elezzjoni interna tal-partit bdiet wara telfa kbira fl-elezzjoni ġenerali ta' din is-sena, fejn l-Eks Mexxej Rishi Sunak ħabbar li kien se jirriżenja u fetaħ kampanja li damet xhur. Badenoch ikkampanjat taħt il- motto "Renewal 2030" u enfasizzat il-bżonn li l-partit jerġa' jikseb il- poter fl-elezzjoni li jmiss. Fil-passat, hija serviet bħala shadow secretary għan- negozju u l-kummerċ, u hija magħrufa għall-istil dirett u spiss kontroversjali tagħha fuq temi bħall-ugwaljanza bejn is-sessi, ħlas tal-maternità, u l-impenn lejn il-bidla fil-klima. B'hekk, Badenoch saret l-ewwel mara ta' karnaġġjon iswed li tmexxi l-partit tagħha. Minkejja l-kritika, l-approċċ tagħha baqa' popolari fost il- membri tal-Partit Konservattiv. Hija kienet diġà kkontestat għat- tmexxija tal-partit fl-2022, iżda din id-darba rnexxielha tirbaħ l-appoġġ meħtieġ. Fl-ewwel kelmtejn tagħha, Badenoch irrikonoxxiet il- kontribut tal-avversarji tagħha fil- kampanja u saħqet li kull kandidat mill-kompetizzjoni għat-tmexxija għandu jkollu rwol importanti. Badenoch tenfasizza r-responsabbiltà tal-Partit Konservattiv bħala l-oppożizzjoni uffiċjali: biex iżommu lill-gvern tal-Labour responsabbli waqt li jippreparaw għal kampanja b'saħħitha li tista' tagħtihom il- vantaġġ fl-elezzjoni li jmiss. Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal- Kostruzzjoni Jonathan Attard, flimkien ma' membri fil-grupp ta' ħidma b'rabta mar-riforma fil- Qorti tal-Familja, poġġew mal- pubbliku f 'laqgħa oħra minn sensiela ta' laqgħat li jiffurmaw parti mill-konsultazzjoni pubblika li għaddejja b'rabta mal-istess riforma. F'laqgħa li saret f 'Santa Luċija, il-Ministru Attard qal li kien jinsab ottimist li l-proċess ta' konsultazzjoni kien se jkompli jsaħħaħ il-proposti li qed jitressqu 'l quddiem. Huwa tenna l-impenn tiegħu li ladarba jintemm dan il-proċess, tkompli l-ħidma lejn l-implimentazzjoni ta' tibdil tanġibbli għal dawk li sfortunatament ikollhom sitwazzjoni familjari li twassalhom sal-qorti. "Naċċerta 'l kulħadd li l-Gvern huwa aktar minn dispost li f 'dan il-proċess ikompli jisma', mhux biss l-esperjenzi ta' min hu mġarrab mis-sistema imma wkoll ir-reazzjoni għal proposti li qed jitressqu 'l quddiem. Daqstant ieħor però aħna determinati, li, ġaladarba jingħalaq dan il-proċess ta' konsultazzjoni, nikkonsolidaw il-proposti, abbażi tal-feedback miġbur, biex ngħaddu għall- implimentazzjoni," qal il-Ministru Attard. Il-Ministru kompla biex jgħid li l-għan ta' din ir-riforma huwa li tiżdied l-effiċjenza imma anke l-kwalità fil-ġustizzja, b'assistenza u sostenn mill-istat, li jmur lil hinn mill-proċess legali. Huwa qal li l-investiment fl-implimentazzjoni ta' din ir-riforma se jkun wieħed b'saħħtu u dan fost l-oħrajn bit- twaqqif ta' Uffiċċju ta' Sostenn fi ħdan l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati, kompost minn professjonisti f 'oqsma ta' sapport, bħal psikjatri, psikologi, terapisti, social workers, u nies imħarrġa fil-parental alienation. Il-Ministru esprima l-apprezzament tiegħu għal dawk kollha preżenti, inkluż l-għaqdiet, li għoġobhom ikunu l-vuċi tas- soċjetà f 'serata li tqajmu diversi punti fosthom il-medjazzjoni, il-vittmi ta' vjolenza domestika, l-aċċess tat-tfal u l-manteniment, partikolarment però rringrazzja lil dawk li b'kuraġġ attendew u tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom. Apparti l-pubbliku, saru interventi wkoll mill-għaqda Happy Parenting Malta, li diġà ssottomettew ir-reazzjoni tagħhom għar-riforma, kif ukoll mill-Kap tas-Servizz SOAR tal- Fondazzjoni St Jeanne Antide, fejn Shakira Fenech qalet li d-diskussjoni bl-interventi minn nisa u rġiel bħal donnha kkonfermat li din mhix battalja bejn nisa jew irġiel, iżda battalja ta' vittmi li jgħaddu minn sitwazzjonijiet diffiċli fejn dejjem jispiċċaw ibatu t-tfal. "Żommu dejjem fl-interess tagħkom id-drittijiet tat- tfal. Kemm huwa importanti li t-tfal ikollhom għajnuna psikoterapewtika kif insiru nafu li dawn ġew esposti għal vjolenza domestika. Irġiel u nisa ta' rieda tajba għandhom ikomplu jsemmgħu leħinhom u nwaqqfu din il-pika li għandna bejnietna li ġewwa l-Qorti qegħdin nispiċċaw insofru minħabba l-fatt li forsi ma nsibux rappreżentazzjoni kif jixirqilna. Żommu f 'moħħkom li t-tfal huma l-ġenerazzjoni ta' għada," temmet tgħid Fenech. Il-laqgħa pubblika li ttellgħet fi Ġnien is-Serenità, Santa Luċija, kienet indirizzata wkoll minn Sharon Mizzi u Joanne Battistino, ilkoll membri fil-grupp ta' ħidma tar-riforma, u preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru s-Sur Johan Galea. Il-konsultazzjoni pubblika hija miuħa sal-11 ta' Novembru 2024. Id-Dokument jinsab aċċessibbli online fuq publicconsultation.gov. mt u l-feedback jista' jiġi sottomess fuq consultation.justice@gov.mt. Kemi Badenoch