MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum 04 X'qalulna fuq il-kaz kurjuż tal-imjieg ta' L-iskandlu ta' Amanda Muscat, il-mara ta' Clayton Bartolo, irrabja bosta nies, anke dawk li qabel kienu jsibu kif jiġġustifikaw skandli akbar bħal dak tal- Vitals. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' erbgħa min-nies propju dwar dan. MARIANNA CALLEJA Neville Gafà, eks uffiċjal fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, issa blogger, iddefenda għal darb'oħra lill-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri filwaqt li dawwar il-ħtija fl-iskandlu ta' Amanda Muscat kollha fuq il-Prim Ministru Robert Abela. "Dwar il-mod ta' kif aġixxa fil-konfront ta' Clayton Bartolo u Clint Camilleri, nemmen li l-Prim Ministru ma tantx kellu għażla jaġixxi mod ieħor. Dan għall- fatt li kull impjieg fejn jidħlu persons of trust jeħtieġ l-approvazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru," Gafà qal mal- ILLUM. "Interessanti l-fatt li Robert Abela stqarr mal-ġurnalisti li kien hu stess li waqqaf l-impjieg ta' Amanda Muscat. Tajjeb u aġixxa fl-interess komuni. Però Robert Abela għandu wkoll jiddikjara li kien konxju tal-impieg ta' Amanda Muscat sa mill-ewwel minuta," hu żied jgħid. Il-militant Laburista, suldat favur Joseph Muscat, żied jgħid li Robert Abela għandu wkoll jiddikjara li kien hu li ta struzzjonijiet lil Clint Camilleri sabiex jakkomoda lil Amanda Muscat, bħalma kien hu li "approva l-impjieg ta' Amanda Muscat". Huwa minħabba dan kollu li Gafà insista li responsabbiltà politika tintrefa' kollha mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gafà ssuġġerixxa wkoll li dan kollu wassal biex il-Prim Ministru fl-aħħar it ġimgħat jaġixxi mod totalment differenti minn meta kellna skandli simili bħal dak ta' Justyne Caruna. "Għal dawn ir-raġunijiet, u li huma stat ta' fatt, Robert Abela bl-ebda mod ma jista' jaġixxi bħalma aġixxa qabel fil konfront ta' Justyne Caruana u Rosianne Cutajar. Lil dawk ramiehom mar-radda tas-salib. Din id-darba le u għal raġunijiet li ktibt," Gafà temm jgħid. ANDREW AZZOPARDI: 'ĊAR LI DAWN IL-U TURNS U DEĊIŻJONIJIET INSPJEGABBLI QED IĦALLU TOGĦMA MORRA F'ĦALQ IN NIES' Mal-ILLUM, l-akkademiku u preżentatur tar-radju, Andrew Azzopardi qal li l-każ nissel rabja fin-nies "kważi kważi aktar mill-biżibilju każijiet ta' korruzzjoni li belgħu u selħu lil dan il-pajjiż miljuni kbar." Minkejja li ddeskriva dan bħala ironija, huwa qal li jista' jiem għaliex. "Il-Prim Ministru it tas-sigħat qabel, fil- Parlament, fir-replika tiegħu għad-diskors tal-baġit kien qed jagħmel monologu sħiħ kif il-pajjiż huwa ġenna tal-art u bil-baġit ħa jkun aktar minn hekk, u din hi l-problema. In-nies f 'dan il-każ fehmu verament x'qed jiġri, "they could identify", ċioè dak li ħareġ bħala ruling il-Kummissarju tal- Istandards, li kien hemm ksur ta' mġiba etika," Azzopardi spjega. Madankollu hu qal li jsib stramb l-inkonsistenza mal-każ tal-Avukat Justyne Caruana. "Two weights and two measures, u jista' jdum jgħid li huma differenti l-PM għax il-verità hija li mexa b'mod inugwali fuq każijiet li għandhom dinamika bħal ta' xulxin. Imma dawn l-aħħar żewġ ministri huma magħrufin li huma ħbieb u alleati kbar [ta' Abela] f 'mument fejn il-Prim Minsitru qed tonqoslu s-saħħa politika," Azzopardi żied jgħid. L-akkademiku nnota li jekk dak li l-PM qed jgħid hu veritier, li lil Amanda Muscat Neville Gafà (fiċ-ċirklu) iddefenda lill-Ministri Clint Camilleri (xellug) u Clayton Bartolo (lemin) Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 November 2024