MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 943 €1.25 IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 TERMS & CONDITIONS APPLY Get 5 5 9+ 5 INTERVISTA MA' MARK ANTHONY SAMMUT, MP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA PAĠNI 6 - 7 KTIEB ĠDID DWAR ĠORĠ BORG OLIVIER: ESPERJENZI TA' NIES LI GĦEXU U ĦADMU QRIB TIEGĦU MATUL IS-SNIN 15% biss mill- Maltin igħidu li l-immigrazzjoni taffetwa lilhom personalment MINKEJJA KOLLOX, QBIL FIL-LABOUR LI ABELA JIBQA' L-AĦJAR GĦAŻLA PAĠNA 16 EDITORJAL SPEĊJALI Bosta Ministri u Deputati Parlamentari Laburisti sostnew li Robert Abela jibqa' l-aħjar tama u għażla li jirbħu l-elezzjoni minkejja kollox. Dan wara li fil-Partit Laburista beda jinstema' diskors li jekk il-Labour ma jbiddilx lil Abela huwa ċertissimu li jitlef l-elezzjoni lil Bernard Grech. "Għandu kollox kontrih bħalissa, inkluż l-istil tiegħu kif imexxi u l-fatt li jaħseb ta' avukat u mhux ta' politiku. Imma m'hemmx alternattiva għal Abela f 'dan il-mument. Jekk jindirizza l-istil tiegħu u jagħti aktar riedni lill-Ministri tiegħu, għandu ċans li jagħmilha u jagħti r-rebħa lill-Partit Laburista. Fil-konfront ta' Bernard Grech jibqa' suprem, jaf jitkellem aħjar minnu, jiem kif iwassal messaġġ aħjar minnu, għandu l-enerġija u huwa politiku iktar minnu." Dan sostnewh numru ta' politiċi Laburisti li kellimna u rrimarkaw li l-erba' affarijiet li ħadmu kontra Abela huma, l-ewwel l-istil tiegħu kif jiddeċiedi u jittratta n-nies u l-politika, it-tieni l-istorja ta' Joseph Muscat u Keith Schembri, it- tielet il-każ Jean Paul Sofia, u issa l-każ ta' Clayton Bartolo. Tant huwa konxju minn dan li kien Robert Abela, fil-Grupp Parlamentari Laburista, personalment sfida lil dawk li kienu qed jattendu li jekk hemm xi ħadd li jridu jitlaq, hu kien lest jitlaq. Ovvjament ħadd ma kellu l-kuraġġ jaffaċċjah dak il- mument. Din kienet fost l-iktar ġimgħa kerha għall-Prim Ministru li kellu jaċċetta li Clayton Bartolo jirriżenja minn Ministru. Dan wara li ġie żvelat li l-mara Amanda Muscat kienet irċeviet flus mingħand Taljan li kien qed jiġi sponsorjat mill- Malta Tourism Authority. Bartolo kien meqjus bħala wieħed mill- iktar ministri li jagħti appoġġ lil Abela. Wara din is-saga fil-grupp parlamentari, Abela qal lil dawk preżenti: "Jekk hemm minnkom li tridu tagħmlu vendikazzjoni minni, biex nitilfu l-elezzjoni u wara twaħħlu fija, għiduli sabiex inwarrab għax ma rridx nerġa' nara lill-Partit Laburista lura fl-Oppożizzjoni." Kliem li jikkonferma dak li ilu jingħad li fil-PL hemm min hu mdejjaq għal Abela. Dan il-kliem ħareġ verbatim minn min kien preżenti fil-Grupp Parlamentari u għadda mhux lill-midja iżda lill-Partit Nazzjonalista. Turija ta' kif il-lealtà issa saret problema, eku forsi ta' żmien l-aħħar xhur ta' Lawrence Gonzi bħala kap u Prim Ministru Nazzjonalista. AQRA IKTAR F'PAĠNA 11 F'Malta, 31% jgħidu li l-migrazzjoni hija l-aktar problema li taffettwa lill-pajjiż, iżda 15% biss jgħidu li l-immigrazzjoni taffettwa lilhom personalment. Dan ħareġ fi stħarriġ tal-Ewrobarometru maħruġ f 'Ottubru li għadda. Fl-istess stħarriġ, 83% tal-parteċipanti sostnew li l-affarijiet f 'ħajjithom sejrin fid- direzzjoni t-tajba. PAĠNA 3 Robert Abela

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 December 2024