MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum 06 'Iktar ma Robert dan l-aġir, iżjed Ir-riżenja ta' Clayton Bartolo, l-informazzjoni ġdida dwar Amanda Muscat, u d-difiża tal-Prim Ministru Robert Abela fejn jidħol Clint Camilleri, żamm l-iskandlu ta' dawn iż-żewġ MPs fuq fomm in-nies għal ġimgħa oħra. Il-gazzetta ILLUM tpoġġi mal- MP Nazzjonalista Mark Anthony Sammut jiem wara l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. MARIANNA CALLEJA IL-MEMBRI TAL-PN FI ĦDAN IL- KUMITAT TAL-ISTANDARDS TALBU GĦAS-SOSPENSJONI TA' 30 JUM KONTRA CLAYTON BARTOLO. GĦALIEX ĦADTU DAN L-APPROĊĊ, U MHUX TALBA GĦAL TKEĊĊIJA IMMEDJATA? X'INHU L-PASS LI JMISS ISSA LI DIK IT-TALBA ĠIET IRRIFJUTATA? Il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika m'għandu l-ebda setgħa jkeċċi Deputat elett, u lanqas m'għandu s-setgħa jneħħi Ministru mill-Kabinett. Skont artikolu 28(d)(v) tal-Att Dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570), jista' però "jirrakkomanda li l-Kamra tad-Deputati tieħu kull miżura oħra li jidhrilha xierqa", liema miżura trid tkun taqa' fil-parametri tal-Istanding Orders tal-Kamra. F'każ bħal dan dehrilna li kellna nimxu fuq preċedent ta' każ simili fir-Renju Unit li jmur lura għall-2008, fejn il-Membru Parlamentari Derek Conway kien instab ħati li impjega lit-tifel tiegħu, u ħallsu £9,330 iżjed minn kemm kellu jitħallas abbażi tal- esperjenza tiegħu. Peress li l-Parlament tagħna jimxi fuq il- mudell tal-Parlament Ingliż, u l-istruttura tal-Kummissarju għall-Istandards u l-Kumitat Permanenti hija simili, dehrilna li dan kien l-eqreb mudell li stajna nsegwu. F'dak il-każ, il-Kumitat Ingliż kien irrakkomanda sospensjoni ta' għaxart ijiem, liema sospensjoni kienet ġiet approvata b'maġġoranza fil-House of Commons. Peress li l-każ quddiemna kien aktar gravi, kemm għax l-ammont ta' flus fil-każ tagħna kien ikbar, kemm għax il-Ministri fil-każ tagħna iehmu biex jippruvaw jagħmlu cover-up ta' din il-konsulenza, kemm għax ix-xogħol ma sarx, u kemm għax baqgħu sal-aħħar jippruvaw jiġġustifikaw dak li sar, dehrilna li kellna nirrakkomandaw sospensjoni ta' 30 ġurnata. Proponejna wkoll li l-Kumitat jirrakkomanda lill-Prim Ministru biex ikeċċi lil Ministru Clint Camilleri, għax huwa l-Prim Ministru biss li jista' jneħħi Ministru. Aħna nemmnu li l-Istandards f 'pajjiżna m'għandhomx ikunu inqas minn dawk f 'pajjiżi oħra. Sfortunatament però ż-żewġ proposti ġew ivvutati kontra mill-Gvern u l-Ispeaker. JEKK ROBERT ABELA JIBQA' JINJORA S-SEJĦIET GĦALL-AZZJONI, KIF QED JIPPJANA L-PN LI JŻOMMU PERSONALMENT RESPONSABBLI GĦAT-TRAWWIM TA' KULTURA TA' IMPUNITÀ FI ĦDAN IL-KABINETT TIEGĦU? Robert Abela jagħti l-barka tiegħu għal din il-kultura bid-difiża kontinwa tiegħu ta' min iġib ruħu ħażin. Għadu jiddefendi lil Clint Camilleri, li nstab ħati li abbuża mill- poter fil-konsulenza fittizja li ta lill-mara tal- eks Ministru Clayton Bartolo, u reġa' daħħal lura fil-Grupp Parlamentari lil Rosianne Cutajar, li aħret li qed titħanżer bħalma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 December 2024