Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, l-istess Sagittarius huwa dak il-mument li tagħraf aħjar lil dawk ta' madwarek sabiex b'hekk tista' tkompli ttejjeb l-opportunitajiet għal dak li hemm meħtieġ. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Leo. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Capricorn huwa dak il-mument li tagħraf li s-suppervja mhi se twasslek imkien. Ghalhekk, agħraf b'għaqal u tħallix enerġiji negattivi jwaqqfuk. Iż- żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Gemini. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Pisces se jagħtik iċ-ċans sabiex tagħraf aktar fil-fond il-pożizzjoni tiegħek fil- ħidma li qed twettaq. Tajjeb li tagħmel riflessjoni profonda lejn futurek. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Capricorn. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Cancer se jkun il-waqt li tagħraf aktar it-tibdil li se jseħħ madwarek. B'hekk, taffaċċja b'aktar qlubija t-tkattir mixtieq minnek. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Aquarius. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Virgo għandu jkun dak il-mument li jimliek b'aktar ħeġġa u determinazzjoni għat- tibdil li qed tesperjenza fil-mument. Iż-żodjaku li joffrilek direzzjoni pożittiva ġej minn Scorpio. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għaż-żodjaku ta' Sagittarius (Il-Qaws) Mill-Ħadd 8 ta' Diċembru sas-Sibt 14 ta' Diċembru Il-Qorti tiddeċiedi kontra l-familja Montebello JORDAN PACE Il-Qorti ppreseduta mill- Imħallef Toni Abela, ċaħdet it- talbiet tal-familja ta' William Montebello li l-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei kienu responsabbli għall-mewt tiegħu minħabba allegata negliġenza medika. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti sabet li t-trattament tal-isptar osserva l-istandards u l-linji gwida professjonali. Il-familja Montebello kienet ressqet il-każ wara l-mewt ta' William Montebello ta' 51 sena fl- 20 ta' Awwissu 2020, inqas minn ġimagħtejn wara li ntbagħat id-dar mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta' Mater Dei. Montebello ddaħħal fis-7 ta' Awwissu bi wġigħ f 'sidru u fi driegħu tax-xellug iżda ntbagħat id-dar l-għada filgħodu wara li sarulu xi testijiet u rċieva l-medikazzjoni xierqa. Skont il-familja, is-sintomi ta' Montebello baqgħu jippersistu, tant li wasslu biex hu jerġa' jiddaħħal l-isptar aktar tard dakinhar wara li sofra attakk tal-qalb. Għalkemm saħħtu stabbilizzat ruħha, Montebello miet b'kawża ta' kumplikazzjonijiet fl-20 ta' Awwissu. Martu Pauline u wliedhom argumentaw li l-mewt tiegħu setgħet tiġi evitata kieku ġie evalwat u kkurat għall-kundizzjoni ta' qalbu meta mar l-isptar inizjalment. Huma sostnew li l-ħruġ bikri tiegħu u l-enfasi fuq kwistjonijiet gastrointestinali kienu jikkostitwixxu negliġenza. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u ċ-Chief Medical Officer ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet. Huma argumentaw li Montebello rċieva kura xierqa bbażata fuq evidenza disponibbli. Saħqu li d-deċiżjonijiet kollha ttieħdu wara linji gwida mediċi internazzjonali. L-Imħallef Toni Abela ddeċieda li t-tim mediku aġixxa skont prattiċi stabbiliti, filwaqt li nnota li t-testijiet li saru waqt iż-żjara inizjali ta' Montebello ma indikaw l-ebda indikazzjoni immedjata għal problemi fil-qalb. Ix-xhieda esperta kkonfermat li t-testijiet ma wrew l-ebda sinjali ta' attakk tal- qalb dak iż-żmien. Il-Qorti ċaħdet it-talbiet kollha tal-familja Montebello u ordnatilhom ibatu l-ispejjeż legali. L-Imħallef Abela wera simpatija għat-telfa tagħhom iżda enfasizza li r-responsabbiltà legali trid tkun ibbażata fuq il-provi. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti sostniet li "tiem id-dulur u n-niket" tal-familja Montebello, "partikolarment meta persuna mill-familja tmut f 'età relattivament żgħira." B'digriet tas-7 ta' Novembru, 2024 mogħti millPrim'Awla tal- Qorti Ċivili, dina l-Qorti ordnat ilpubblikazzjoni tal-estratt li jidher hawn taħt biex iservi ta' notifiki skont l-artiklu 187 (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili (Kap 12): B'digriet mogħti mill-Qorti Ċivili, Prim' Awla fis-7 ta' Novembru, 2024, fuq rikors ta' APS Bank plc (C 2192) ġie ffissat il-jum tal-Ħamis, 27 ta' Frar, 2025 fil-ħdax u nofs ta' filgħodu (11.30 a.m.) għall-Bejgħ bl-Irkant, li għandu jsir f'Kamra Numru 78, Biswit l-Arkivju, Livell -1, Qrati talĠustizzja, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta tal-fond hawn taħt deskritt. Id-dar bin-numru uffiċjali tnax (12) bl-isem ta' ʻSueno'gia ʻSaint Anne' fi Triq Espedito Catania qabel magħrufa bħala Triq l-Għobbejra, Ħaż-Żabbar, bl-arja taghħa, inkluż ilgaraxx anness bin-numru uffiċjali erbatax (14) fl-istess triq u jifforma parti integrali mill- istess dar, skont il-kuntratt ta' bejgħ ippubblikat min-Nutar Dottor Jonathan Zammit fittlieta u għoxrin ta' Lulju tas-sena elfejn u tnax (23.07.2012), liberi u franki u bid-drittijiet u l-pertinenzi kollha tagħhom, inkluż il-front garden (patio) u l-bitħa ta' wara, u jikkonfina mill-Lvant ma' proprjetà ta' Antonio Scicluna, mitTramuntana ma' proprjetà ta' Felice Apap Bologna jew missuċċessuri fit-titlu tiegħu, min-nofsinhar ma' Triq Espedito Catania jew konfini aktar korretti u stmati li jiswew ħames mija u ħamsa u erbgħin elf ewro (€545,000). L-imsemmi fond huwa proprjetà ta' Buhagiar David Nicholas KI 13895M u Buhagiar Maria KI 528577M. N.B. L-imsemmi fond jinbiegħ bħalma ġie deskritt fl-atti tas-subbasta 44/2022. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum l-Erbgħa, 27 ta' Novembru, 2024. MARVIC FARRUGIA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali