Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258
Ir-Rivoluzzjoni Messikana kienet ġlieda maġġuri bl-armi bejn l-1910 u l-1920. Din it-taqtigħa ttrasformat il-kultura u l-gvern ta' dan il-pajjiż. Għalkemm iċ-ċinema u r-riċerka, mhux fi żmien 'il bogħod, iffukaw fuq aspetti lokali u reġjonali ta' din ir-rivoluzzjoni, din kienet ġenwinament ġlieda nazzjonali. Il-bidu tagħha fl-1910 irriżulta mill- falliment tar-reġim ta' Portafirio Diaz, li kien ilu 35 sena jirrenja, li jsib soluzzjoni għas- suċċessur tal-presidenza. Dan kien ifisser li nħolqot kriżi politika bejn gruppi potenti u l-opportunità għall-qawmien tal-klassi tal- bdiewa jew baxxa. Is-sinjurun sid ta' ħafna art, Francisco Madeiro sfida lil Diaz fl-1910 għal elezzjoni presidenzjali u wara riżultat mhux ġust qamu f 'rivoluzzjoni. Il-konflitt bl- armi neħħa lil Diaz mill-poter u f 'Mejju 1911 ġie eżiljat fi Franza. Saret elezzjoni ġdida fl- 1911 li ġabet lil Madeiro fil-post ta' President. Imma l-oppożizzjoni għal Madeiro u r-reġim tiegħu żdiedet kemm mill-konservattivi, li rawh dgħajjef wisq u ultraliberali u mill- ġellieda rivoluzzjonarji ta' qabel. Dawk li tilfu l-impieg rawh konservattiv ħafna. Fi Frar tal-1913 Madeiro u l-Viċi President tiegħu ġew sfurzati jirriżenjaw, ġew assassinati u r-reġim rivoluzzjonarju ta' kontra tal-Ġeneral Victoriano Huerta ħa l-poter, megħjun minn negozjanti Amerikani. Huerto baqa' fil-poter minn Frar tal-1913 sa Lulju tas-sena ta' wara, meta ġie sfurzat 'il barra minn għaqda ta' rivoluzzjonarji ta' reġjuni differenti. L-attentat ta' dawn ir- rivoluzzjonarji li jsir qbil politiku falla u l-Messiku sab ruħu fi gwerra ċivili (1914- 1915). L-għaqda kostituzzjonalista taħt is- sinjur ta' ħafna artijiet Venustiano Carranza ħarġet rebbieħa fl-1915 billi tat telfa kbira lill-forzi ta' Pancho Villa u ġiegħlet lill-mexxej rivoluzzjonarju Emiliano Zapata jattakka 'l hemm u 'l hawn. Fil-1919 Zapata ġie assassinat minn aġenti tal-President Carranza. Mexxejja oħra li ġew assassinati kienu Carranza (1920), Pancho Villa (1923) u Alvaro Obregon (1928). Kif qegħdin taraw, ir-Rivoluzzjoni Messikana ma kinitx ġlieda waħda imma sensiela ta' taqtigħat tul l-isbaħ ta' 10 snin. Dan il-konflitt bl-armi li spiċċa fl-1920 kellu diversi fażijiet distinti. Biż-żmien din ir-rivoluzzjoni nbidlet u saret gwerra ċivili b'ħafna armati differenti fejn il-poter beda jdur minn naħa għall-oħra. Riżultat maġġur kien li l-Armata Federali spiċċat fl-1914. Għalkemm dan il-konflitt kien primarjament gwerra ċivili, kien hemm qawwiet barranin li kellhom interessi ekonomiċi jew strateġiċi li wkoll kellhom sehem f 'din il-ġlieda għall-poter fil-Messiku. L-Istati Uniti lagħbet parti sinifikanti. Mill- popolazzjoni tal-Messiku ta' 15-il miljun it- telf kien kbir imma l-estimi jvarjaw. Aktarx li madwar miljun u nofs mietu, kważi mitejn elf refuġjati ħarbu 'l barra, speċjalment lejn l-Istati Uniti. Politikament, it-twaqqif tal-Kostituzzjoni tal-1917, ħafna skulari jarawha bħala l-punt tal-aħħar ta' dan il-konflitt. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tjiebu tant li soċjetà ġdida nibtet bis-saħħa ta' din il-kostituzzjoni. Din it-taqtigħa hi kkategorizzata bħala l-aktar avveniment socjo-politiku fil- Messiku u waħda mill-ġrajjiet kbar tas- seklu għoxrin. Ir-riżultat hu programm importanti ta' esperimentazzjoni ta' riforma u organizzazzjoni soċjali. Dwar din ir-rivoluzzjoni ħarġu diversi films minn Hollywood u ħafna aktar bl-Ispanjol. L-aktar żewġ karattri minn dan il-konflitt li spikkaw fil-films Amerikani kienu Emilano Zapata u ħafna iżjed Pancho Villa. Xi films ta' livell għoli dwar dawn iż-żewġ personaġġi storiċi, kienu: Viva Villa (1934), Viva Zapata! (1952), e Treasures Of Pancho Villa (1955) u Villa Rides (1968) u Emilano Zapata (1970) (film Messikan li għamel suċċess kbir f 'pajjiżu). Ġo films oħra ta' Hollywood dwar din ir- rivoluzzjoni nsibu individwi opportunisti li jmorru jiġġieldu mal-Messikani bil-għan li jakkwistaw ħafna ġid li però xorta fl-aħħar jaqa' jew jiġi mogħti lil "peones", ir-raħħala u bdiewa Messikani, biex ikomplu jiġġieldu kontra t-tiranni li jaħkmuhom. Produzzjonijiet dwar dan l-aspett kienu: e Treasures Of Pancho Villa (1955), Vera Cruz (1954), 100 Rifles (1969), e Professionals (1966), Bandido (1956), Viva Maria (film Franċiż 1965), e Wild Bunch (1968) u oħrajn. L-Ispaghetti Westerns (tat-Taljani) ukoll ma naqsux juru dan l-aspett. Dawn fil-maġġoranza assoluta tagħhom inħadmu f 'Almeria, Spanja f 'terran li jixbah lil Messiku. Fil-Westerns Taljani, aspetti tat-taqtigħa ħarxa fil-Messiku dehru f 'A Bullet For e General (Qui'en Sabe' 1966), Companeros (Vamos A Matar Companeros 1970), Duck You Sucker (U.K. A Fistful Of Dynamite) (Giu' La Testa 1971), e Five Men Army (Un Esercito Di Cinque Uomini 1969), e Mercenary (U.K. A Professional Gun) (Il Mercenario 1968), Tepepa (1967) u Run Man Run (Corri Uomo Corri 1967). 14 films IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Ir-rivoluzzjoni Messikana fiċ-ċinema L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Emiliano Zapata Pancho Villa