MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

analiżi IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum 04 Ħarsa lejn dak li seħħ waqt l-akbar laqgħa MARIANNA CALLEJA Din il-ġimgħa f 'Malta seħħet il- laqgħa għolja tal-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Din il-laqgħa, li ssir darba fis-sena fil-pajjiż li jżomm il-presidenza, rat il-parteċipazzjoni ta' aktar minn 800 delegat minn 57 stat membru tal-OSCE. Il-Kunsill Ministerjali ddiskuta sfidi importanti relatati mas-sigurtà reġjonali, kif ukoll deċiżjonijiet urġenti dwar il- funzjonament tal-organizzazzjoni. Fost is-suġġetti ewlenin kien hemm il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja, it-tensjonijiet f 'Iżrael u f 'Gaża, kif ukoll żviluppi fl-Asja tal-Lvant. Din il-laqgħa rat ukoll l-ewwel żjara tal- Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov, fl-Ewropa minn meta bdiet l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken. Għalkemm l-UE imponiet sanzjonijiet fuq Lavrov, ma ġewx imposti projbizzjonijiet ta' vjaġġar, sabiex jinżammu kanali ta' diplomazija miuħa. IAN BORG JIFTAĦ IL-LAQGĦA B'KUNDANNA ĊARA LEJN IR- RUSSJA Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Ian Borg, fetaħ il-31 Kunsill Ministerjali tal-OSCE b'kundanna ċara għall-invażjoni kontinwa tar-Russja fl-Ukrajna, li ddeskriva bħala "theddida sistematika għas-sigurtà Ewropea" u ksur flagranti tan-normi internazzjonali. F'diskors lil 57 pajjiż miġbur fl-MFCC, Ta' Qali, Borg appella għal tmiem immedjat tal-gwerra u sforzi multilaterali ġodda biex tinġieb il-paċi. "Inkomplu nikkundannaw il-ksur flagranti ta' dawn l-obbligi fl-aggressjoni kontinwa tar- Russja kontra l-Ukrajna," qal Borg, u żied jappella għar-Russja biex tirtira mit- territorju internazzjonalment rikonoxxut tal-Ukrajna. Borg talab ukoll għall-ħelsien immedjat ta' tliet membri tal-persunal tal-OSCE li jinsabu maqbuda f 'territorju kkontrollat mir-Russja, u ddeskriva s-sitwazzjoni tagħhom bħala inġustizzja inkwetanti. B'ħarsa lejn sfidi globali usa', Borg wissa dwar it-theddid għar-regoli u l-istituzzjonijiet li kienu ilhom isostnu l-paċi internazzjonali għal 80 sena. Huwa tenna l-impenn ta' Malta, bħala President tal-OSCE, biex taħdem favur djalogu produttiv u paċi dejjiema fl-Ukrajna. "Ma nistgħux nibqgħu naħarbu mill- problemi," temm jgħid Borg. "Irridu naħdmu flimkien biex insostnu l-OSCE u nibnu futur ta' sigurtà u stabbiltà." SERGEY LAVROV JATTAKKA LILL- PUNENT Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov, għamel diskors kritiku kontra l-Punent waqt il-uħ tal- konferenza ministerjali tal-OSCE f 'Malta. "Għall-Punent, il-prinċipji ta' Helsinki huma biss kliem fiergħa. Huma jistennew li oħrajn josservawhom, basta jaqblu mal- għanijiet tagħhom," qal Lavrov. Lavrov iddeskriva l-għan tal-Ukrajna bħala wieħed li "tibqa' żżomm lir- Russja lura." Huwa qal li l-OSCE tilfet kwalunkwe djalogu rispettabbli fost il- membri tagħha. Huwa kkritika wkoll id-deċiżjoni li ma tinħarigx viża għas-sostituta tiegħu Maria Zakharova, u sejħilha "tentattiv ieħor biex jeqirdu l-kunsens." Ftit wara, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Andriy Sybiga, akkuża lil Lavrov bħala "kriminal tal- gwerra," u akkuża lir-Russja li hija l-akbar theddida għas-sigurtà Ewropea. 'PUTIN IRID IĦASSAR L-UKRAJNA MINN FUQ IL-MAPPA' – ANTONY BLINKEN Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, ikkritika bil-qawwa lill-President Russu Vladimir Putin, waqt id-diskors tiegħu. Blinken akkuża lil Putin li qed jimmina l-liġi internazzjonali u s-sovranità tal-Ukrajna, u argumenta li l-proġett ta' Putin huwa mmirat biex iħassar lil Ukrajna mill-mappa. Huwa żied li r-retorika ta' Lavrov, il- Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu li telaq mis-sala qabel id-diskors ta' Blinken, hija qarrieqa. Skont Blinken, l-aggressjoni Russa turi nuqqas fundamentali ta' rispett lejn in-normi internazzjonali. Blinken faħħar lill-OSCE għar-rwol tagħha li żżomm id-drittijiet demokratiċi, partikolarment fl-Ukrajna, fejn il- programm ta' appoġġ tagħha għen biex jiġu identifikati tfal Ukreni maħtufa u pprovdiet taħriġ kontra l-korruzzjoni. Huwa kkritika wkoll l-intromissjoni tar-Russja fl-elezzjonijiet tal-Moldova u l-Georgia, u kkundanna lill-partit governattiv Georgjan li qed itellef il- proċess ta' adeżjoni tal-pajjiż mal-Unjoni Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aktar mumenti importanti u interessanti fil- laqgħa għolja tal-Kunsill Ministerjali tal- Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) din il-ġimgħa, f 'Ta' Qali. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 December 2024