MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530258

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 opinjoni IL-ĦADD 8 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum L-akkomodazzjoni soċjali u l-U turns politiċi "S ur President, insemmi l-iske- ma: 'Nikbru Biex Nassistu' li permezz tagħha numru sabiħ ta' familji qegħdin jgħixu fi propjetajiet li jinkrew mingħand il-privat". Din hija kwotazzjoni mid- diskors tal-Baġit ta' din is-sena f 'paġna 41. Il-Ministru qiegħed jirreferi għall-iskema 'Nibkru Biex Nassistu' fejn il-Gvern jikri mingħand il-privat b'rata kummerċjali biex imbagħad ikun jista' jikri (jagħmel subletting) lil inkwilini b'kirja sussidjata. Din l-iskema hija l-istess li kellha l-isem ta' 'Skema Kiri' u li meta l-PL/Ministru kienu fl-oppożizzjoni kienu għamlu kruċjata sħiħa kontriha meta daħlet fis-seħħ! Ma nafx x'ma qalux fuqha. U issa? Issa qed jgħidulna 'numru sabiħ ta' familji qegħdin jgħixu'. U għandhom raġun li jgħidu 'numru sabiħ' għaliex f 'risposta għal mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2251, il-Ministru wieġeb li minn meta nfetħet din l-iskema sal-lum kien hemm 1,189 familja li bbenefikaw minn din l-iskema li l-Partit Laburista tant kien maqdar! Verament dak li jgħid il-Malti, li min irid imaqdar, irid jixtri! Filwaqt li nieħu gost li nara l-Ministru u l-Gvern Laburista biddlu fehmithom, dan juri li l-krititka tagħkom f 'dak iż-żmien kienet biss kritika mibnija fuq opportuniżmu politiku. Imma dan l-opportuniżmu u l-inkonsistenza politika ma wrewhomx biss f 'din l-iskema imma f 'diversi skemi oħra li biddlulhom isimhom permezz ta' rebranding u issa jiaħru bihom daqslikieku x-xemx telgħet fl-2013 jew minn meta l-Ministru attwali sar ministru! Fil-fatt, il-Gvern qed jiaħar li żied is-sussidji erba' darbiet aktar milli kienu fuq l-iskema ta' sussidju fuq il-kera mill-privat. Din hija skema fejn wieħed jikri mingħand il-privat biex imbagħad il-Gvern jgħin b'sussidju lil inkwilin. Tajjeb ... imma nistaqsi; il-fatt li żdied is-sussidji erba' darbiet aktar, allura l-Gvern qed jikkonferma li hawn aktar nies fil-bżonn, li huma vulnerabbli, u li ma jistgħux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja? Xi ħadd forsi jgħidli "imma x'qed tgħid?" Skużani imma qiegħed nuża l-istess loġika, l-istess kliem, l-istess argument li d-Deputati Laburisti għamlu meta ddaħħlet propju din l-istess skema mill-Gvern Nazzjonalista? Fl-2006 meta daħlet din l-iskema kienu qalu dan: 'e increase in requests for rent subsidy for housing should worry the government since it is a reflection of a hike in the cost of living ... this confirms the tragic situation of poverty which the country is moving toward'. (TOM, 14.09.2006). Il-Gvern Laburista għadu bl-istess ħsieb issa jew issa din l-iskema saret sabiħa wkoll bħal Skema Kiri? F'dan il-baġit, il-Gvern qiegħed ukoll jiaħar li qed jagħti għajnuna lil inkwilini ta' qabel l-1995 fid-dawl li l-kirjiet tagħhom żdiedu. Hawn ngħid proset doppja lill-Gvern. Għaliex? L-ewwel nett, kull għotja ta' għajnuna hija dejjem għajnuna kbira lil dawn l-inkwilini fid-dawl li diversi minnhom huma anzjani. It-tieni, ngħidlu proset għax qiegħed isolvi l-problema li ħoloq huwa stess meta kien fil-Gvern fis-70 u fil- bidu tat-80! Tajjeb infakkru li f 'dawk is-snin mhux biss kien hemm Requisition Orders li kienu jinħarġu qishom pastizzi imma wkoll kien hemm il-housing decontrol ordinance fejn wieħed ma setax iżid jew jgħolli l-kera. Dan kien ifisser li l-kirjiet kienu baxxi ħafna. Xi wħud kellhom 35 Lira Maltija fis- sena bħala kera! Tajjeb infakkar ukoll li fl-1995, il-PN fil-gvern kien illibera s-suq, mhux biss għaċ-ċikkulata imma anke għall-kirjiet, u fl-2009 l-PN stabbilixxa l-kera minima biex din tkun ta' inqas minn 185 Lira Maltija fis-sena! U tajjeb infakkar ukoll li dak iż-żmien il-PL kien għamel ukoll kruċjata sħiħa fuq din il-kera mimina ta' 185 Lira Maltija fis- sena fejn għajjar lill-PN li qiegħed iżid il-kirjiet! Issa l-Gvern Laburista qiegħed jifraħ għaliex qiegħed isolvi l-problema u l-inġustizzja li ħoloq huwa stess! Dan kollu jikxef biss l-opportuniżmu u l-U-turns tal- Partit Laburista! Deputat Nazzjonalista fuq l-10 distrett u kelliem għall-familja u s-solidarjeta' soċjali ALBERT BUTTIGIEG "Il-Gvern Laburista qiegħed jifraħ għaliex qiegħed isolvi l-problema u l-inġustizzja li ħoloq huwa stess"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 December 2024