Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, l-istess Sagittarius se tagħmlek tagħraf iżjed dwar liema hi dik id-direzzjoni tiegħek. Dan hu żmien oppurtun sabiex terġa' tikseb dik il-motivazzjoni sabiex tkompli tkattar l-istabbiltà tiegħek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Gemini. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Aquarius se jkun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li qed tesperjenza. Fin-nuqqas ta' dan, għalik jaf ikun hemm forma ta' xkiel. Agħraf uża aktar moħħok. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Leo. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Gemini se jkun perjodu ta' iżjed tkattir iżda trid tagħraf iżżomm bilanċ bejn il- karriera u l-madwar tiegħek għax jaf ikollok konsegwenzi. Għalhekk, agħraf kun bilanċjat. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Sagittarius. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Leo se jagħmlek tkattar iżjed ix-xewqa tant mixtieqa u li int qed tkun tant ispirat għaliha, B'hekk int tista' tagħraf minn issa tkun aktar imħejji għal kull bidla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Taurus. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Sagittarius, għalik, Libra se jkun il-waqt għal aktar għarfien ta' dak li kapaċi toffri. Minn issa għalik dan se jkun xenarju kompletament mibdul. Għalhekk, issa trid tkun ferm iffokat. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Virgo. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta' Sagittarius (Il-Qaws) Mill-Ħadd 15 ta' Diċembru sas-Sibt 21 ta' Diċembru Il-Qorti tal-Appell tikkonferma sentenza sospiża wara kumment offensiv fuq Facebook JORDAN PACE Il-Qorti Kriminali tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Natasha Galea Sciberras, ikkonfermat is-sentenza li ngħatat lil Dashielle Scerri ta' 26 sena minħabba kumment ta' mibegħda li ttella' fuq Facebook. Il-Qorti kkonfermat is-sentenza oriġinali sospiża mogħtija mill- Qorti tal-Maġistrati, li kienet tikkonsisti f 'sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin u multa ta' €2,000. Il-każ seħħ fl-2020 meta Scerri, taħt il-profil tagħha fuq Facebook "Dash Ielle," ikkummentat fuq post li rrapporta l-mewt ta' 45 immigrant fil-Mediterran. Il- kumment tagħha, "Feed the fish kulħadd irid jiekol", kien meqjus bħala offensiv u li x'aktarx jinstiga l-mibegħda razzjali. Scerri ammettiet li tefgħet il-kumment waqt l-interrogazzjoni li kellha mill-pulizija. Scerri nstabet ħatja li kissret liġi li taqa' taħt l-Att dwar il- Komunikazzjoni Elettronika, li jipprojbixxi l-użu mhux xieraq ta' networks għall-komunikazzjoni, u liġi li taqa' taħt il-Kodiċi Kriminali, li jipprojbixxi diskors ta' mibegħda. Għalkemm appellat għal diversi raġunijiet, fosthom allegati żbalji proċedurali u l-proporzjonalità tas-sentenza, il-Qorti ċaħdet it- talbiet tagħha. L-Imħallef Natasha Galea Sciberras iddeċidiet li l-Qorti tal-Maġistrati interpretat il-liġi b'mod korrett u li l-kumment ta' Scerri kien jikkostitwixxi diskors ta' mibegħda. "Din il-Qorti tqis li l-kliem utilizzat minn Scerri huwa kliem li ċertament ma jnissilx empatija ma' dawk l-immigranti li ġie rrapportat li tilfu ħajjithom fil- baħar, iżda għall-kuntrarju huwa kliem odjuż, li ngħad b'disprezz lejn l-istess immigranti u oġġettivament offensiv", sostniet l-imħallef, filwaqt li enfasizzat li l-kumment ħoloq probabbiltà li jinstiga l-mibegħda razzjali. Il-Qorti indirizzat ukoll l-argument tal-appellant dwar is-severità tas-sentenza. Filwaqt li l-Qorti rrikonoxxiet li l-multa u s-sentenza sospiża kienu sostanzjali, l-Imħallef iddeterminat li kienu proporzjonati minħabba l-gravità tar-reat. Il-Qorti affermat mill-ġdid li s-sentenza kienet xierqa taħt il-liġi, partikolarment peress li r-reati kisru diversi proviżjonijiet tal-liġi. Fil-konklużjoni tagħha, il-Qorti kkonfermat is-sentenza oriġinali u wissiet lil Scerri dwar il- konsegwenzi legali f 'każ li twettaq reat ieħor matul il-perjodu tas- sentenza sospiża ta' tliet snin. Il-Qorti tal-Appell tikkonferma s-sen- tenza sospiża ta' tliet snin lil mara li kkummentat li "l-ħut ukoll irid jiekol," taħt rapport dwar il-mewt ta' 45 immigrant fil-Med- iterran fuq Face- book. NOTICE OF INTENTION I, Gianluca Di Lascio, Valerio Camilleri (221374M) and Wilson Mifsud (527284M) company directors of DIBAW Services JV, tax registration number 951037036 declare the intention to register for an Employment Agency licence in accordance to article 23 of the Employment and Training Services Act, 1990 (Act XXVIII of 1990). The activities proposed to be carried out are the following: 1) Recruitment Consultancy. 2) Interviewing, selection and placements of candidates in employment. 3) Recruitment of persons from abroad to employment in Malta or in an EU member state. 4) Recruitment of persons in Malta for employment in Malta or in an EU member state. 5) Advertising of the filling of vacancies. 6) Keeping a register of applicants for employment.