MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum aħbarijiet Appell emozzjonali minn Isabelle Bonnici fil-Parlament Ewropew għal aktar sigurtà fil-kostruzzjoni f 'Malta MARIANNA CALLEJA Omm Jean Paul Sofia, Isabelle Bonnici, għamlet appell emozzjonanti lill-Unjoni Ewropea ħalli tintervjeni sabiex Malta tippubblika kodiċi tal- bini. Hija għamlet din it-talba waqt laqgħa fil-Parlament Ewropew li onorat il-vittmi ta' inċidenti fil-kostruzzjoni f 'Malta. Il-laqgħa, organizzata mill- MEP Nazzjonalista Peter Agius, kienet immirata biex tqajjem kuxjenza dwar il-perikli fis- settur tal-kostruzzjoni u l-ħtieġa għal azzjoni konkreta. Bonnici ddeskriviet is-settur tal-kostruzzjoni f 'Malta bħala wieħed mimli "bullies u cowboys" li qed joħolqu kultura ta' biża' biex jevitaw ir-responsabbiltà. "Għandna bżonn nagħmlu ħafna aktar biex nevitaw inċident ieħor bħal dak li ħa l-ħajja ta' ibni. Għadna nistennew kodiċi ġodda tal-bini. Għadna rridu naraw ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar Jean Paul Sofia jiġu implimentati bis-sħiħ," qalet Bonnici. L-inkjesta dwar l-inċident li ħasdet il-ħajja ta' Jean Paul Sofia inkludiet aktar minn 40 rakkomandazzjoni biex tissaħħaħ is-sorveljanza u s-sigurtà fis-settur. Fost ir-rakkomandazzjonijiet kien hemm valutazzjonijiet ġeoloġiċi u ta' sigurtà obbligatorji għal xogħlijiet ta' tħaffir, it-tneħħija ta' permessi mogħtija b'mod mgħaġġel, u mekkaniżmi ta' infurzar aktar b'saħħithom. Min-naħa tiegħu, Peter Agius appella lill-awtoritajiet biex jimplimentaw riformi komprensivi li jiżguraw ġustizzja għall-vittmi u jipprevjenu traġedji futuri. "Leġiżlazzjoni mingħajr infurzar ma tfisser xejn," qal Agius. "Inwettqu d-dmir tagħna lejn il-vittmi u l-familji tagħhom biex niżguraw li l-liġijiet jiġu applikati b'mod rigoruż." Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia, preżenti fl-istess laqgħa, wissa dwar il- konsegwenzi serji jekk il-problemi sistematiċi ma jiġux indirizzati. "Jekk ma jkollniex ir-rieda u l-kuraġġ biex nindirizzaw din il- problema mill-għeruq tagħha, nibża' li l-istorja se terġa' tirrepeti ruħha," qal Caruana Cilia. Domenico Campogrande, Direttur Ġenerali tal-Federazzjoni Ewropea tal-Industrija tal- Kostruzzjoni (FIEC), enfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' kontroll robusti. "Jeħtieġ li jiġu implimentati kontrolli adegwati u effiċjenti, b'sanzjonijiet xierqa fil- każ ta' nuqqas ta' konformità," qal Campogrande. Patricia Perez Gomez mill- Kummissjoni Ewropea saħqet li għalkemm hemm regoli komprensivi tal-UE dwar is- saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-infurzar tagħhom jibqa' responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali. "Ir-regoli stabbiliti ma jwasslux għar-riżultati mixtieqa mingħajr infurzar xieraq," qalet. REAZZJONI TAL-GVERN B'reazzjoni għal dan id-dibattitu, il-Gvern qal li l-Inkjesta Pubblika kkonfermat li qatt ma kien hemm sitwazzjoni fejn il-kodiċi nazzjonali ġodda tal-bini ġew konklużi u mhux implimentati. "Fil-fatt, fuq stedina tal-Gvern, il-Kamra tal-Periti ppreżentat proposta dwar kif nistgħu naħdmu flimkien biex nassiguraw li pajjiżna jadotta l-Eurocodes fil- futur qarib," qal il-Gvern. Żied jgħid li l-Gvern huwa kommess li jiddiskuti din il- proposta u jikkonkludi ehim. L-introduzzjoni tal-kodiċi l-ġodda se żżid mal-miżuri oħra li ttieħdu fl-aħħar xhur, inkluż liġi ġdida dwar l-OHSA, servizz bla ħlas minn avukati u periti biex jgħinu lil dawk affettwati mill- kostruzzjoni, regoli dwar bini iżolat, u l-linja ta' għajnuna 138." Il-laqgħa ntemmet bi qbil fost il-parteċipanti dwar l-importanza ta' azzjoni kollettiva biex jiġu implimentati riformi tas-sigurtà mingħajr dewmien. Patricia Perez Gomez mill-Kum- missjoni Ewropea tfakkar li l-in- furzar tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jibqa' responsab- biltà tal-gvernijiet nazzjonali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 December 2024