Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Sensiela ta' avvenimenti fit-Teatru Manoel għal waqt żmien il-Milied It-Teatru Manoel qed jippreżenta sensiela unika ta' tnax-il kunċert matul iż-żmien tal-Milied, bħala parti mill-programm speċjali tiegħu għall-istaġun festiv. Dawn il-kunċerti, magħrufa bħala The 12 Days of Christmas Concerts, se jittellgħu kuljum f 'nofsinhar, bejn id-19 ta' Diċembru u s-6 ta' Jannar, u għandhom l-għan li, mhux biss joffru pjattaforma lil mużiċisti żgħażagħ Maltin. iżda wkoll jgħinu kawża nobbli, peress li d-dħul kollu minn dawn l-attivitajiet se jmur għall-Malta Community Chest Fund. Is-sensiela tinkludi varjetà ta' esebizzjonijiet mużikali, l-aktar fuq il-pjanu, iżda mhux biss. L-udjenzi se jkollhom l-opportunità li jgawdu wkoll vuċijiet sopraniċi, klarinett, vjola u ċello. Kull kunċert se jsir f 'ambjent sħun u ferrieħi, li jfakkar fl-ispirtu veru tal-Milied. Programm tal-Kunċerti • Il-Ħamis, 19 ta' Diċembru: Gabrijel Cordina u Emma Kate Mifsud fuq il- pjanu • Il-Ġimgħa, 20 ta' Diċembru: Clifford Borg fuq il-pjanu • Is-Sibt, 21 ta' Diċembru: Kristina Mifsud fuq il-pjanu • It-Tnejn, 23 ta' Diċembru: Alexandra Camilleri Gambin (soprano) akkumpanjata minn Elaine Mercieca fuq il-pjanu • Il-Ħamis, 26 ta' Diċembru: Alessia Bonnici (pjanu) u Mikaela Baluyot (vjola) • Il-Ġimgħa, 27 ta' Diċembru: Michela Schembri (klarinett) akkumpanjata minn Elaine Mercieca fuq il-pjanu • Is-Sibt, 28 ta' Diċembru: Christine Muscat (pjanu) u Matthias Conrad (ċello) • It-Tnejn, 30 ta' Diċembru: KellyAnn Spiteri fuq il-pjanu • Il-Ħamis, 2 ta' Jannar: Cledia Micallef (soprano) akkumpanjata minn Elaine Mercieca fuq il-pjanu • Il-Ġimgħa, 3 ta' Jannar: Eliza Brincat (klarinett) akkumpanjata minn Elaine Mercieca fuq il-pjanu • Is-Sibt, 4 ta' Jannar: Daphne Delicata fuq il-pjanu • It-Tnejn, 6 ta' Jannar: Gianluca Cilia fuq il-pjanu Minbarra dawn il-kunċerti, il-programm tal-Milied tat-Teatru Manoel jinkludi wkoll il-produzzjoni ta' Sing Along Seniors min- naħa ta' Toi Toi, kif ukoll The Nutcracker b'interpretazzjoni kontemporanja f 'kollaborazzjoni ma' Moveo Dance Company. Barra minn hekk, l-attrazzjoni ewlenija hija l-pantomima tradizzjonali, li din is-sena se tkun Rapunzel: A Tangled Panto, mimlija bid- daħk u d-divertiment għall-familja kollha.