MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D an hu xi kultant pajjiż med- jokri. Dak li tisma' uffiċjal- ment mhux neċessarjament huwa riflessjoni tal-verità kollha. Hemm ħafna pożi u wisq aktar kutrumbajsi. Dak li tara u tisma' mhux bilfors huwa l-verità. U għal darb'oħra ħa jkollna nduru fuq avveniment jew inċident pjuttost fellinisk. Meta Jason Azzopardi, eks deputat Nazzjonalist u psewdo- gladjatur tas-sewwa, ġie akkużat fil-qorti, wara ordni tal-Prim Imħallef Mark Chetcuti, li kiser ir-regolamenti tal-qorti meta ħa ritratt tal-Prim Ministru u l-ministru tal-ġustizzja meta kienu l-qorti waqt seduta. Affarijiet tat-tfal. Kważi lanqas tistennieha minn persuna li mhux darba jew tnejn ikkonferma kemm hu buffu u ipokrita. Forsi l-iktar eżempju li niftakru meta kellu relazzjoni barra ż-żwieġ wara snin ipinġi lilu nnifsu ta' Nisrani eżemplari u qatta' 'l-vaganza' ġewwa l-Hilton Tel-Aviv imħallsa mill- istess kumpanija ta' Yorgen Fenech. Li niskantaw li Jason Azzopardi kellu jittella' fuq din il-kwistjoni mhux fuq każijiet aktar serji bħat-tixrid ta' evidenza u data mill-każ ta' Yorgen Fenech lil terzi persuni. Tixrid immirat li jweġġa' l-avversarji jew kritiċi tiegħu bħalma hi din il-gazzetta. Meta Azzopardi deher il-qorti ma qal xejn, ma seta' jgħid xejn ħlief forsi li jħobb jidher u jkun iċ-ċentru tal-attenzjoni. Miegħu kellu avukat, l-Avukat Arthur Azzopardi, li kien mażun darba, u mhux hekk biss, tkeċċa mill-Partit Nazzjonalista grazzi għal garr ta' nies bħal Jason Azzopardi li tant ħadmu kontrih. L-isfortuna hi, mhux li Azzopardi qiegħed fiċ-ċentru tal-aħbarijiet, iżda li l-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech ħass il-bżonn li jappoġġjah u juri solidarjetà ma' Azzopardi. Mossa li turi kemm Grech ma jifhimx li Azzopardi dejjem kien mażżra ma' għonq il-PN. U li f 'għajnejn ħafna floaters hija raġuni għalfejn ma jivvutawx għal PN. Wisq aktar Grech jaf li Azzopardi huwa persuna inaffidabbli. Jaħdem kontra dawk in-nies billi jimla ġurnalisti kontra dak li jkun. Każijiet ċelebri huma l-istejjer kontra Joe Giglio. Ma hemmx dubju li l-istejjer li qed jidhru kontra Giglio b'konnessjoni ma' xi xogħol privat tiegħu huma xprunati minn Azzopardi stess u mrewħa inkreddibilment minn propogandisti filo Laburisti. Ma ninsewx li kien Giglio li tellef iċ-ċans li Azzopardi jiġi elett f 'distrett ieħor fl-aħħar elezzjoni wara li Azzopardi ġie xkanat fir-raba' distrett wara li votanti Nazzjonalisti beżquh. Xejn sorprendenti meta nafu li Azzopardi jservi wkoll negozji kbar fejn Joseph Muscat u Keith Schembri huma involuti jew għandhom konnessjoni indiretta jew diretta. Jekk iridu nimxu 'l quddiem fil- politika, nies bħal Azzopardi jridu jitwarrbu darba għal dejjem. Jekk il-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech u anke Roberta Metsola jridu jaslu xi mkien fl-elezzjoni ġeneral li jmiss iridu jwarrbu nies bħal Jason Azzopardi. L-affarijiet li ma tismax imma li taf

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 December 2024