MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Din li ġejja hija xi informazzjoni qasira fuq uħud minn dawn il-films: VIVA VILLA (1934). Dan hu wieħed mill-aqwa films dwar il-mexxej ribelluż u storbjuż, Pancho Villa, tant interpretat tajjeb minn Wallace Beery. Xogħol kważi epiku, b'xeni ta' eluf ta' nies li fih ħadmu wkoll Fay Wray (ta' King Kong 1933), Leo Carrillo u Katherine DeMille, it-tifla addottiva ta' Cecil B. DeMille. VIVA ZAPATA! (1952). Film enerġetiku dwar Emiliano Zapata, raħħal Messikan li jikseb poter kbir u eventwalment isir President. Fil-parti prinċipali Marlon Brando hu perfett u daqstant ieħor hu Anthony Quinn bħala ħuh, interpretazzjoni li rebħitu Oscar. BANDIDO (1956). Robert Mitchum ikun wieħed li jissupplixxi l-armi u li jilgħabha maż-żewġ naħat fir-ribelljoni tal-1916 tal-Messiku. Azzjoni kontinwa, ħafna ġiri wara xulxin u rivalità ma' Zachary Scott iżommu lil dan il-film maħdum bis-CinemaScope f 'burdata mħarrka. THE TREASURES OF PANCHO VILLA (1955). Minkejja storja mħawda u djalogu xi kultant banali, taħlita ta' tixjir bil-mannari, sparar bil-machine gun u splużjonijiet bid-dinamite kważi jsalvaw dan ix-xogħol. Fuq sfond tar- Rivoluzzjoni Messikana, Rory Calhoun, Shelley Winters u Gilbert Roland jindaħlu f 'logħba ta' rgħiba u idealiżmu. Magħhom jaħdem ukoll il-kompajżan tagħna, Joseph Calleia. VERA CRUZ (1954). Speċi ta' Western ambjentat fil-Messiku tassew eċitanti b'Gary Cooper aktar serju u kompost u Burt Lancaster ribell storbjuż u spissjat, jinvolvu ruħhom fi pjan biex itajru min-nofs lill-Imperatur Massimiliano. Jaħdmu wkoll Denise Darcel u Charles Buchinski (Bronson). VIVA MARIA (1965). Film Franċiż tad-Direttur Louis Malle, mitkellem bl-Ingliż, dwar żewġ showgirls sbieħ, Brigitte Bardot u Jeanne Moreau, li jieħdu parti attiva fir-Rivoluzzjoni Messikana u li kienu mħarrġa minn missierhom meta kienu għadhom tfal biex ipoġġu d-dinamite f 'diversi lokalitajiet. Divertenti u mimli azzjoni. VILLA RIDES (1968). Rakkont dwar il-kampanja Messikana ta' Pancho Villa, iffukata sewwa fuq Charles Bronson, wieħed mill-mexxejja tiegħu u fuq Robert Mitchum, pilota Amerikan maqbud minn Villa. Ċans rari li wieħed jara lil Yul Brynner fil-parti tar- rivoluzzjonarju Messikan bix-xagħar. Mużika tal-widna minn Maurice Jarre. Kif diġà semmejt, din it-taqtigħa Messikana dehret ukoll f 'xi Spaghetti Westerns. THE FIVE MEN ARMY (1970). Un Esercito Di 5 Uomini jippreżenta avventura dwar ħamest irġiel l-Amerikani Peter Graves (tas-sensiela Mission Impossible tat-TV) u James Daly, it-Taljani Bud Spencer (Carlo Pedersoli) u Nino Castelnuovo, u l-Ġappuniż Tetsuro Tamba li jippruvaw jisirqu kunsinna deheb minn fuq ferrovija li hi indirizzata lid-Dittatur Messikan fl-1913 u li fl-aħħar tispiċċa f 'idejn dawk li qed jiġġieldu għal-libertà. Film assolutament iddominat mill- mużika evokattiva ta' Ennio Morricone u dirett mill-Amerikan Don Taylor. THE MERCENARY (1968). (U.K. A Professional Gun). Western Taljan bl-isem ta' Il Mercenario, mimli azzjoni u vjolenza u anki umoriżmu. Insibu tlieta kontra xulxin, merċenarju (suldat li jinxtara) sod (Franco Nero), ir-rival sadistiku tiegħu Jack Palance) u r-rivoluzzjonarju patrijottiku (Tony Musante), raħħala sbejħa fuq tagħha (Giovanna Ralli) u wieħed jgħid li hu sid tal-artijiet (Eduardo Fajardo). Franco Nero u Jack Palance taħt l-istess direttur Sergio Corbucci u mużika ta' Ennio Morricone dehru wkoll f 'Companeros (1971). Ir-Rivoluzzjoni Messika, ġrajja storika, żgur tibqa' popolari fl-annali taċ-ċinema. 14 films IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Ir-rivoluzzjoni Messikana fiċ-ċinema IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 December 2024