MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530614

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum 06 'L-inkwiet tiegħi lura d-dar, se jaffaċjaw L-umanitarju Karl Schembri jingħaqad mal-ILLUM b'kollegament mill-Ġordan fejn jispjega d-diżappunt, u r-rabja tiegħu lejn il-Gvern Malti u dawk Ewropej meta ħadu deċiżjoni 'tal-mistħija u bla ruħ' u waqfu l-applikazzjoni għall-ażil għas-Sirjani fi żmien daqsekk perikoluż u ta' inċertezza MARIANNA CALLEJA KIF TISPJEGA S-SITWAZZJONI KURRENTI FIS-SIRJA, KWAŻI AKTAR MINN DEĊENJU WARA LI BDEW IL- KUNFLITTI? Dak li qed naraw illum iffakkarna li l-kapitlu tar-Rebbiegħa Għarbija, li bdiet fl-2011, għadu ma ngħalaqx fil-verità u magħha anke l-kriżi umanitarja li ġabet magħha l-gwerra ċivili fis-Sirja, b'miljuni Sirjani refuġjati barra minn pajjiżhom, minn tal-inqas ħames miljuni fir-reġjun tal- Lvant Nofsani, imqassmin bejn il-Ġordan, il-Libanu, t-Turkija. Kollha pajjiżi li ħdimt fihom, u ltqajt ma' refuġjati hemm ukoll. Il-verità hija li l-ingredjenti kollha li nżergħu fl-2011, ma jistax wieħed jippretendi li qatt ma saru. Id-ditattur Bashar al-Assad ipprova jiknes lin-nies tiegħu stess taħt it- tapit, u in-nies urewh li dawn l-affarijiet tista' ssikkithom darba, tnejn, tlieta imma xi darba l-pressure cooker se jisplodi. Filwaqt li hija sorpriża r-rata, l-għaġla u ż-żmien i fih u bih seħħ kollox dawn l-aħħar ġimgħatejn, fil- verità m'għandha tkun sorpriża għal ħadd li l-aspirazzjoni tas-Sirjani, li Bashar al-Assad ipprova jikkanċela, dejjem baqgħu hemm. Dawn huma affarijiet li ma tistax tinjora, jew teliminahom. Dejjem se jiġu lura, u se jiġu lura b'saħħa. U x'ġie lura? L-aspirazzjoni tas-Sirjani għad-demokrazija, għal-libertà u għall-awtodeterminazzjoni ta' kif jitmexxa pajjiżhom. Aspirazzjonijiet pjuttost umli, imma hemm l-ambizzjoni ta' miljuni ta' Sirjani li jkollhom sehem fit-tmexxija ta' pajjiżhom, u ma jħalluhx ikun immexxi minn familja waħda. Dan huwa pajjiżhom, dan hu n-nazzjon tagħhom. Ma rridhux ninsew il-bniedem li beda' dan kollu, lil Mohamed Bouazizi, il-bejjiegħ tal-ħaxix Tuneżin li xegħel il-amma tal- ambizzjoni, tal-aspirazzjoni għal-libertà u d-demokrazija fost il-poplu Għarbi. Mohamed Bouazizi li fl-2011 miet wara ta lilu nnifsu n-nar, wara li kien umiljat mill- pulizija meta waqfuh milli jbigħ il-ħaxix, li kien l-unika mod li bih seta' jagħmel it flus. Ma ninsewx dan l-isem, ma ninsewhx, għax kollox imur lura għal dan it-Tuneżin li ta n-nar mhux biss lilu nnifsu imma lir-reġjun kollu biex illum is-Sirja għalqet kapitlu, u fetħet wieħed ġdid ta' tama. IRRAPORTAJT ĦAFNA DWAR IL- KRIŻI TAR-REFUĠJATI SIRJANI. TAĦSEB LI D-DINJA ISIETHOM MAŻ- ŻMIEN? KELLEK SITWAZZJONIJIET EŻEMPJU META BDIET IL-GWERRA FL-UKRAJNA, FEJN IN-NIES TKELLMU IKTAR DWAR L-INĠUSTIZZJI LI L-UKRENI ĠARREW. TĦOSS LI R-REFUĠJATI SIRJANI KIENU QED JINTESSEW? Assolutament! Il-kriżi Sirjana poġġewha taħt it-tapit mhux biss Bashar al-Assad, imma il-kumplament tad-dinja. Kien hemm anke mexxejja Għarab li rriabilitaw lil Bashar al-Assad u ħallewj jiltaqa' magħhom anke wara snin boycotted. Id-dinja kienet qatat qalbha li din se tissolva u kif naraha jien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 December 2024