MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena: Valletta u Bormla lesti għal lejla speċjali Il-ġurnata hija dik fis-sena 1881, iżda mhux l-1881 li taf int. Hawn, iż- żmien huwa fluwidu, forsi irrilevanti wkoll. F'din il-Malta alternattiva, moħbija f 'kantuniera mudlama ta' dar Maltija li qed tikkrolla, id-dinja tinsab fuq xifer ta' kollass. It-tmiem qiegħed qrib, l-apokalissi qed iħabbtu u, int tinsab hawn fil-qofol ta' kollox. Kif se taffaċċja d-destin tiegħek? L-arja hi mgħobbija bix-xewqat moħbija, ħolm minsi, u d-dellijiet ta' dak li seta' kien. Ispirata mit-teatru immersiv internazzjonali fuq skala akbar, mir-rwol attiv tal-udjenza f 'logħob tal-ħajja (LARP), u mill-intensità għolja tal-video games, 1881, hi kkummissjonata minn Teatru Malta. Hija maħluqa mill-moħħ viżjonarju tal-game designer u kunċettwalizzatur Gordon Calleja, mid-drammaturgu tal-logħob u kokittieb Rob Morgan, u mid-Direttur u Kokittieb Sean Buhagiar. Il-prestazzjoni se ġġorr lill-udjenzi lejn univers fejn kull deċiżjoni tista' tkun l-aħħar waħda tagħhom. Mhijiex biss spettaklu, iżda hija wkoll bieb għal dimensjoni minsija fejn iż- żmien u l-ispazju jinħakmu minn kull pass li tieħu, jiġbduk f 'dinja ta' ritwali misterjużi. 1881 se ddum għaddejja għal aktar minn tliet xhur – l-itwal produzzjoni li qatt għamel Teatru Malta s'issa. Il- premiere se jkun fil-lejl tal-Ewwel tas-Sena, b'din il-produzzjoni rari u intima tilqa' biss 30 parteċipant f 'daqqa. Din l-esperjenza esklussiva toffri vjaġġ personali lejn dinja fejn kast fuq skala kbira joħloq konfronti sigrieti u profondi għal kull viżitatur. Allura, lest? It-tmiem ġej, imma int tista' tbiddel kollox. 1881: Esperjenza unika teatrali li tisfidak tagħżel inti t-tmiem F'Malta, is-sena l-ġdida se tiġi milqugħa b'żewġ avvenimenti spettakolari fil-Belt Valletta u f 'Bormla. Fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, il-Ministeru għall- Wirt Nazzjonali u l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta qed jippreżentaw l-akbar avveniment tas-sena. Dan l-avveniment mistenni jiġbed aktar minn 50,000 ruħ u se jinkludi wirjiet ta' artisti lokali u internazzjonali. Fost l-oħrajn, l-ispettaklu se jikkonsisti minn parteċipazzjoni ta' artisti popolari bħal Ira Losco, Red Electric, Shaun Farrugia, Kevin Paul, DJ Koroma u DJ Miggy. Il-qofol tas-serata se tkun l-artista internazzjonali CASCADA, magħrufa għall- kanzunetti enerġetiċi tagħha. Għall-ħabta ta' nofsillejl, il-Port il-Kbir se jiddawwal b'wiri spettakolari ta' logħob tan-nar, li mbagħad se jiġi segwit minn sett ta' diski mid-DJ magħruf D-REY biex jagħlaq il-lejla. It-tmexxija tal-programm se tkun f 'idejn Dorianne Mamo, Taryn Mamo Cefai, u Keane Cutajar, b'xandira diretta fuq l-istazzjonijiet lokali. Dan l-avveniment huwa organizzat minn G7 Events bil-kollaborazzjoni tal-VCA u b'appoġġ mill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Fl-istess waqt, Bormla se tkun qed tospita t-tielet edizzjoni konsekuttiva tal-kunċert tal-Ewwel tas-Sena, organizzat mill-Fondazzjoni Kottonera, flimkien mal-Kunsilli Lokali ta' Bormla, Birgu, l-Isla u l-Kalkara. Dan l-avveniment huwa ppjanat biex jagħti spettaklu memorabbli għar-residenti u l-viżitaturi tal-Kottonera. L-udjenza se tgawdi wirjiet minn e Drop Out Band, Mike Spiteri, Janvil, Jade u l-Band tagħha, Neville u Maestro Joe Brown. Il-kunċert huwa b'xejn grazzi għall-appoġġ tal- Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, it-Turiżmu u l-Gvern Lokali, kif ukoll entitajiet oħra bħall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Heritage Malta. L-organizzaturi ħabbru wkoll li se jkun hemm diversi għażliet ta' trasport, inklużi rotot pubbliċi u servizzi bil-baħar għaż- żewġ avvenimenti biex jagħmluha faċli għal kulħadd jattendi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 December 2024