MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 ħarsa lura lejn l-2024 IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum IKOMPLI F'PAĠNI 6 - 7 EDWARD ZAMMIT LEWIS Edward Zammit Lewis, Deputat Parlamentari Laburista minn Birkirkara, kien il-preferut jew il- magħżul tal-Gvern ta' Robert Abela biex ikun il-ġudikant Malti għall-Qorti Ewropea. Kien Ministru tal-Ġustizzja u f 'dan iż-żmien kien ġie żvelat li kellu konverżazzjonijiet ma' Yorgen Fenech. Dak iż-żmien ħadd ma kien jaf li Fenech kien involut fl-allegat komplott biex tinqatel Daphne Caruana Galizia. Il- konverżazzjonijiet fuq Whatsapp servew biex irrovinawlu l-futur politiku tiegħu. Il-messaġġi kienu data privileġġjata li ma kellhomx joħorġu mill-atti tal-Qorti. Bosta huma dawk fil-pulizija u l-qorti li jippuntaw din il-leak lejn l-Eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li huwa avukat parti ċivili li jirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia. Minkejja kollox, dawn il-fatturi ħadmu kontra Zammit Lewis u ma ġiex aċċettat bħala kandidat għall-Qorti Ewropea. CLAYTON BARTOLO Clayton Bartolo kellu jirriżenja minn Ministru għat-Turiżmu wara rapport mill-Kummissarju tal-Istandards li żvela kif il-partner ta' Bartolo Amanda Muscat kienet ġiet impjegata mal-Ministeru ta' Għawdex f 'impjieg fantażma. Dal-każ wassal biex il-Prim Ministru Robert Abela, l-ewwel iddefendieh, imbagħad iddeċieda jitolbu jirriżenja, wara li f 'każ ieħor żvelat li Amanda Muscat irċeviet pagamenti mingħand grupp Taljan li kien ġie sponsorjat mill-Malta Tourism Authority. Bartolo, li issa huwa deputat indipendenti, kien wieħed mill-iktar deputati leali lejn Abela. CHRIS FEARNE Ir-rapport Vitals tal-Maġistrata Gabriella Vella wassal biex l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jressqu lill-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne b'akkużi kriminali mingħajr ebda interrogazzjoni jew investigazzjoni. Fearne kellu jinsa l-ħolma li jkun il-Kummissarju Malti għall-Unjoni Ewropea wara l-ġirja li kellu kontra Abela biex isir mexxej tal- Partit Laburista. U kellu anke jirriżenja minn Deputat Prim Ministru. Baqa' bis-siġġu parlamentari f 'isem il-Partit Laburista. Mhuwiex sigriet li Fearne huwa mweġġa' bil-mod ta' kif ġie trattat minn Abela f 'dan il-każ, fejn il- kunċett ta' responsabbiltà kollettiva ġie kompletament skartat mill-Maġistrat u anki mill-esperti. Karriera politika li waqfet ħesrem minkejja li Fearne jista' xi darba jirritorna. Ma ninsewx ukoll li Fearne kien l-iktar ministru voċiferu kontra l-ftehim ma' Vitals u Steward. CLINT CAMILLERI Il-Ministru Clint Camilleri, li hu wieħed mill-iktar ministri leali lejn Robert Abela, kellu jisfida bil-qawwa t-talbiet biex jirriżenja minħabba r-responsabbiltà politika tiegħu fl- impjieg ta' Amanda Muscat. Camilleri insista li m'għamel xejn ħażin. Hekk kif kien qed jiġi akkużat fuq il-każ Amanda, kien hemm akkużi separati fuq il-każ tal-irmiġġi f 'Għawdex mill-Eks Deputat Jason Azzopardi. Akkużi li Camilleri wkoll innega b'mod assolut. Camilleri għandu d-dekasteri importanti tal- Ippjanar, ta' Għawdex u tal-kaċċa u insib. ROBERT ABELA Ma kinitx sena tajba għal Robert Abela. Beda b'reshuffle u mbagħad kellu s-sħaba tal-inkjesta Vitals fuq il-gvern tiegħu. Abela deher li beda jxomm li l-Eks Mexxej u Prim Ministru Joseph Muscat kien se jitressaq u għamel minn kollox biex jerġa' jibni pont mal-eks mexxej. Iktar u iktar meta deher ċar li ħafna votanti hard core ma kinux se jivvutaw minħabba l-mod kif qed jiġi skartat Muscat. Minkejja kollox, l-impatt tal-inkjesta Gabriella Vella u d-deċiżjoni stramba tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju biex iressaq lil kulħadd lejliet l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kellhom effett diżastruż fuq ir- riżultat aħħari tal-PL fl-elezzjonijiet ta' Ġunju. Wara l-elezzjoni, Abela għamel l-iżball li jwaħħal f 'kulħadd ħlief fih innifsu. Fl-aħħar tas-sena Abela deher aktar assertiv u determinat politikament. Imma kellu jaffaċċja l-iskandlu Bartolo Min tela', min baqa' l-istess, u min ħa tisbita

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 December 2024