MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 Seba' persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei, wara li sofrew ġrieħi f 'aċċident li seħħ fuq il-monti ta' Ħaż-Żabbar is-Sibt filgħodu. Il-pulizija qalu lill-ILLUM li l-aċċident seħħ għall-ħabta tad-9:20am, u minkejja li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin kollox jindika li dan kien biss aċċident ikrah. Fil-fatt sorsi qrib l-investigazzjoni qalu lil dan il- ġurnal li s-sewwieq, li bħalissa qed ikun investigat, tfixkel il- pedala tal-clutch ma' dik tal-gass. Ix-xufier kien raġel ta' 79 sena. Il-gazzetta tiem li dawk imweġġa' huma kollha adulti, u filwaqt li jttieħdu l-isptar, ma hemm ħadd f 'qagħda kritika. Persuni midruba wara li karozza tidħol fihom fil- monti ta' Ħaż-Żabbar 47 sena mill-assassinju ta' Karin Grech Fit-28 ta' Diċembru, jitfakkar l-anniversarju traġiku tal- assassinju ta' Karin Grech, li kienet inqatlet meta kienet għadha biss tifla ta' 15-il sena. Karin mietet wara li fetħet pakkett indirizzat lil missierha, il-Professur Edwin Grech, li kien fih bomba. L-isplużjoni kkawżat feriti fatali lil Karin u darbet ukoll lil ħuha ta' 10 snin. Dan il-każ kien marbut mad- diskussjoni industrijali bejn it-tobba u l-gvern Laburista fl-1977, meta Edwin Grech, li kien ginekologu, irritorna Malta biex jaħdem fl-isptar St Luke's minkejja l-istrajk imħabbar mill-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta. Għaldaqstant, il-Professur Grech kien sofra tgħajjir u esklużjoni soċjali minn ħafna mill-kollegi tiegħu. Minkejja kważi nofs seklu ta' investigazzjonijiet, ħadd qatt ma ġie mixli għall-qtil ta' Karin Grech, u l-każ jibqa' misteru mhux solvut. F'messaġġ emozzjonali fuq Facebook, il-Kap tal- Oppożizzjoni, Bernard Grech, li huwa kuġin ta' Karin, esprima n-niket tiegħu għat-telfa tagħha u l-ħtieġa għal ġustizzja. "Xtaqt li kont nafek aktar u gawdejt aktar il-kumpanija tiegħek," kiteb Grech. "Anke jekk għaddew ħafna snin, għadni nemmen li dan il-kapitlu fl-istorja politika ta' pajjiżna, li ħalla familja midruba għal dejjem, jista' jagħlaq biss meta dan il-qtil – bħal kull qtil politiku ieħor f 'Malta – jiġi solvut." Grech iddeskriva kif il-Milied ta' 47 sena ilu kien l-ewwel darba li ltaqa' ma' Karin. "Tlett ijiem wara, persuna vili ħaditlek ħajtek," żied jgħid, waqt li radd ħajr lil Karin. Missierha, il-Professur Edwin Grech, li eventwalment sar deputat Laburista u ministru, qatt ma waqaf jitħabat biex titfaċċa l-verità. Minkejja dan, huwa miet f 'Marzu tas-sena l-oħra mingħajr ma qatt sar jaf min kien wara l-qtil ta' bintu. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela mexxa delegazzjoni mill-Partit Laburista biex qiegħed fjuri ħdejn il-monument dedikat lilha f 'San Ġwann. Fl-istess waqt, rappreżentanti tal-ADPD, fosthom il-Kap Sandra Gauci u s-Segretarju Ġenerali Ralph Cassar, sellmu lill-memorja ta' Karin u l-vittmi kollha tal- vjolenza politika billi poġġew fjuri wkoll, f 'attività separata. Karin Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 December 2024