Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960
02 oroskopju IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' ARIES GĦALL-2025 L-imħabba: Int trid tagħraf aktar eżattament il-parti l-oħra x'tixtieq. Ħafna drabi m'intix qed tagħraf sew dan. Karriera: Wessa' aktar lilek innifsek sabiex tagħti spazju għal opinjonijiet oħra. M'hemm xejn ħażin li tisma' ideat oħra. Tbassir għalik: Għandek bżonn aktar għarfien f 'dat-twettiq li tixtieq. Dan jaf jagħmlek bla paċenzja iżda taf mill-esperjenzi passati x'ġarrabt. Għalhekk imxi pass pass u agħraf it-trankw illità. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa Ottubru. Tliet żodjaki ideali għalik huma Leo – Capricorn – Sagittarius. Evita ż-żodjaku ta' Scorpio. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' TAURUS GĦALL-2025 L-imħabba: Hemm bżonn ta' motivazzjoni. Kun avventuruż aktar u tibqax imwaħħal fl-istess pożizzjoni. Karriera: Iddeċiedi jekk għandekx tidħol f 'responsabbiltà iżjed u agħraf ġorr kemm tiflaħ u mhux aktar milli jmissek. Tbassir għalik: Se tkun sena li tħossok trid l-affarijiet ta' madwarek ikunu fuq pass aktar mgħaġġel. Dan jaf ikun tajjeb sabiex tagħraf tikkontrolla aktar dawk id-deċiżjonijiet li hemm resqin lejk. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. L-aktar xahar ideali għalik huwa Lulju. Tliet żodjaki ideali għalik huma Capricorn – Gemini – Virgo. Evita ż-żodjaku ta' Leo. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' GEMINI GĦALL-2025 L-imħabba: Agħraf sew il-bilanċ u l-ħtiġijiet sabiex tkompli dejjem tkattar dak li hemm. Karriera: Bosta toroq se jinfetħu. Bosta ideat se jkunu qed iduru. Agħraf sew l-esperjenzi. Tbassir għalik: Se tkun sena li tagħmlek aktar aggressiv fl- ambizzjonijiet tiegħek personali. Dan jaf ikun ta' sfida għalik għal mod kif tesprimi u żżomm kontroll. Imxi biss b'moħħok. Analizza. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. L-aktar xahar ideali għalik huwa Novembru. Tliet żodjaki ideali għalik huma Aqaurius – Taurus – Libra. Evita ż-żodjaku ta' Capricorn. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' CANCER GĦALL-2025 L-imħabba: Sforzi li twettaq matul ix-xhur jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex tibda triq ġdida. Karriera: Idea li se tieħu taf tkun bidla fundamentali pożititva għal aktar stabbiltà fil-karriera futura. Tbassir għalik: Se tagħraf aħjar kif se tibda twettaq aktar deċiżjonijiet. L- influwenzi jew gwidi li kont tieħu sejrin jintemmu. Dan se jurik dik id-differenza fik. Agħraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. L-aktar xahar ideali għalik huwa Settembru. Tliet żodjaki ideali għalik huma: Scorpio – Gemini – Pisces. Evita ż-żodjaku ta' Leo. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' LEO GĦALL-2025 L-imħabba: Wasal iż-żmien li int ma tibżax twassal l-ideat jew ix-xewqat tiegħek. Wasal żmien li twassal xewqat b'mod bilanċjat. Karriera: Offerta ta' oppurtunità se tkun proposta għalik iżda din jaf ikollha t-toqol tagħha. Għalhekk iem sew il-kundizzjonijiet. Tbassir għalik: Se tkun sena li tippermettilek li l-abbiltà titqawwa aktar fik u tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja personali tiegħek. B'hekk se żżid il-kunfidenza fik innifsek. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa April. Tliet żodjaki ideali għalik huma Aries – Aquarius – Sagittarius. Evita ż-żodjaku ta' Scorpio. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' VIRGO GĦALL-2025 L-imħabba: Hemm bżonn spazju għal aktar ħin f 'dan ir- rigward. It-twettiq tiegħek matul din is-sena jitkattar skont kemm se tkun appassjonat fl-imħabba. Karriera: Bosta toroq huma lesti għalik iżda aħseb fil-qawl Malti li mhux kulma jleqq huwa deheb. Analizza b'għaqal kull opportunità. Tbassir għalik: Se tkun sena li l-ħajja ta' madwarek se tkun fuq pass aktar mexxej mis-soltu. Dan se jagħmlek aktar motivat u aktar attiv, iżda dan ifisser li tiżen aktar fil-fond dak li se twettaq. Irrifletti b'mod profond. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa Diċembru. Tliet żodjaki ideali għalik huma: Taurus – Cancer – Capricorn. Evita ż-żodjaku ta' Aries. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' LIBRA GĦALL-2025 L-imħabba: L-esperjenza għallmitek li xejn ma trid tieħu for granted. Għalhekk għandek titgħallem sew minn dan. Karriera: Għandek tkattir u stabbiltà biżżejjed sabiex żgur tkompli miexi lejn aktar proġetti. Tbassir għalik: Se tkun sena li għandha twasslek lejn aktar bilanċ. Għalkemm għalik din is-sena se tkun iffokata fuq diversi proġetti ġodda, dan m'għandux itellfek mill-bilanċ li hemm madwarek. Analizza. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. L-aktar xahar ideali għalik huwa Lulju. Tliet żodjaki ideali għalik huma Aquarius – Virgo – Gemini. Evita ż-żodjaku ta' Capricorn. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' SCORPIO GĦALL-2025 L-imħabba: L-esperjenzi għallmuk kemm trid tagħraf tisma' u fejn ikun meħtieġ taddatta. B'dal-mod għandek tkompli għaddej għal aktar kuntentizza. Karriera: Ħares lejn ix-xhur li ġejjin b'aktar determinazzjoni. Dak li seħħ issa jinsab warajk. Kun aktar determinat. Tbassir għalik: Se tkun sena li tagħmlek aktar ċert fik innifsek dwar tfassil u pjanijiet li hemm bżonn tibda twettaq. Però, agħraf żomm lilek innifsek kawt biex b'hekk ikollok kwadru komplut. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. L-aktar xahar ideali għalik huwa Lulju. Tliet żodjaki ideali għalik huma: Cancer – Capricorn – Pisces. Evita ż-żodjaku ta' Aries. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' SAGITTARIUS GĦALL-2025 L-imħabba: Is-sensittività se tkompli tkun iċ-ċentru ta' tkattir u dan jawgura tajjeb sabiex dak li hemm ikompli jissaħħaħ. Karriera: It-tkattir li esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur se jkompli jagħtik aktar riżultati pożittivi. Tbassir għalik: Se tkun sena ffokata dwar aktar tkabbir fil-ħidma tiegħek. Dan ovvjament sabiex issa żżid dik il- possibbiltà ta' tibdil u b'hekk iżżomm lilek innifsek iffokat sabiex l-istabbiltà tkompli titkattar. Analizza. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. L-aktar xahar ideali għalik huwa Mejju. Tliet żodjaki ideali għalik huma Aries – Gemini – Leo. Evita ż-żodjaku ta' Pisces. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' CAPRICORN GĦALL-2025 L-imħabba: Se tkun qed tesperjenza l-ewwel responsabbiltà. Dan issa se jagħmlek tagħraf aktar il-pożizzjoni tiegħek. Karriera: Deċiżjoni dwar direzzjoni ġdida se tkun riesqa lejk; direzzjoni li trid tagħraf tanalizzaha sew. Tbassir għalik: Se tkun sena ta' opportunità ġdida. Dan żgur ikun dak il-mument li int tkompli tkabbar il-madwar kollu tiegħek f 'dak li int dejjem xtaqt, kemm fil-karriera tiegħek, kif ukoll għall-madwar komplut tiegħek. Analizza. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa April. Tliet żodjaki ideali għalik huma Taurus – Scorpio – Virgo. Evita ż-żodjaku ta' Libra. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' AQUARIUS GĦALL-2025 L-imħabba: Agħraf żomm l-attenzjoni sabiex dak li hemm ikompli jitkattar. Karriera: Tibdil huwa mistenni għalik iżda dan jekk int tkun vera tixtiequ. Tbassir għalik: Matul din is-sena se tagħraf rankatura fil- karriera tiegħek fejn trid iżżomm lilek innifsek iffukat aktar mis-soltu. Tikkommettix ċerti żbalji li jistgħu jkunu ta' konsegwenza. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. L-aktar xahar ideali għalik huwa Mejju. Tliet żodjaki ideali għalik huma Libra – Virgo – Gemini. Evita ż-żodjaku ta' Aries. L-OROSKOPJU GĦAŻ-ŻODJAKU TA' PISCES GĦALL-2025 L-imħabba: Tirrepetix żbalji li ġa ġarrabt matul l-2024. Agħraf dawn l-iżbalji u mexxi. Karriera: Agħraf kun aktar iffokat sabiex tkompli titkattar f 'aktar stabbiltà. Tbassir għalik: Se tkun sena li tħossok mimli b'aktar ħeġġa u determinazzjoni. Minħabba f 'hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla, kemm lilek innifsek, kif ukoll is-sitwazzjoni ta' madwarek. Agħraf dan u kun kawt. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa Settembru. Tliet żodjaki ideali għalik huma Scorpio – Leo – Pisces. Evita ż-żodjaku ta' Capricorn. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Tbassir tal-Oroskopju għall-2025 Ibbażat: Imħabba – Karriera – Tbassir għalik u aktar