MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt K ienet sena li lanqas tista' tgħid kinitx tajba jew ħażina. Għall-aħbarijiet kienet sena stupenda u tajba. Tajba fis-sens li kien hemm fuq xiex tista' tikteb. Barra minn xtutna rajna sħab iswed u dlam. L-elezzjoni din is-sena ta' Donald Trump, jew aħjar ir-rebħa ta' Trump fuq l-arroganza tad-demokratiċi. U l-wegħda li l-politika tiegħu se twassal għal aktar tbatija u tensjoni f 'din id- dinja frott il-politika tal-Amerka, li ssostni dak li m'għandux ikun sostnut. Stennew li se naraw sena mimlija proposti redikoli u stupidi, u aktar futur imkażbar għall-poplu Palestinjan. Rajna din is-sena Ewropa bla awtorità morali, immexxija minn mexxejja politiċi li huma diviżi u mbeżżgħa mill- proposta li l-lemin jirbaħ. Dan kien evidenti fi Franza u anke fil-Ġermanja. Fejn kien hemm it-tkabbir elettorali ta' forzi lemini. Kellna l-gwerra fl-Ukrajna u l-impossibiltà ta' paċi f 'reġjun li huwa aktar kumpless milli narawh. U fuq kollox kellna l-episodji fis-Sirja bit-tmiem tad-dittatura ta' Assad. F'dan l-isfond, f 'Malta kien hemm tista' tgħid it-tmiem tas-supremazija tal-Partit Laburista li safa' mnaqqas fl- istatura bl-istejjer tal-Vitals u Steward, bil-każ ta' Joseph Muscat, u r-riżenji ta' Chris Fearne u Clayton Bartolo. Fuq kollox, kellna l-istil ta' Robert Abela li naqqas milli jispira l-elettorat minkejja r-riżultati ekonomiċi tajbin. Fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru politiku kellna l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech li bil- limitazzonijiet tiegħu għamel avvanzi elettorali, imma bħalma jaf kulħadd żgur m'għandux biżżejjed biex jirbaħ lil Robert Abela. U bħalma jaf kulħadd, il-PN jaf li l-uniku ċans tiegħu biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss hi li tiġi Roberta Metsola. Ħaġa li ħafna jiddubitaw imma li jista' jkun possibbli. Dan kollu ġara fl-isfond ta' argumenti politiċi li ddominaw is-sena 2024: it- traffiku, il-popolazzjoni, il-kostruzzjoni, il-korruzzjoni, l-għoli tal-ħajja … li ma' argumenti oħra jaħarqu baqgħu fuq l-aġenda politika. U aħna bqajna għassiesa ta' dawn it- temi ... bil-limitazzjonijiet tagħna bħala midja indipendenti bl-ilsien Malti. Is-sena li kienet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 December 2024