MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

L-2024 minn fuq il-faċċati tal-gazzetta ILLUM JANNAR Reshuffle għal għarrieda jaħsad lil kulħadd, b'mod partikolari però lil Aaron Farrugia, li minn Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi, jispiċċa backbencher. MEJJU Sorsi jgħidu li għalkemm jidher li hemm indikazzjonijiet li s-sidien u s-sensara ta' Vitals u Steward kellhom kull intenzjoni biex jagħmlu festa ta' flus mill-proġett ... min-naħa l-oħra m'hemmx fatt jew prova li Muscat ħa l-flus jew kellu l-intenzjoni li jieħu l-flus. SETTEMBRU Sondaġġ tal-gazzetta oħt jitfa' lill-Partit Nazzjonalista fil-vantaġġ, minkejja li l-maġġoranza tal-votanti ma jafdawx lil Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. FRAR Meta wieġbet lil ġurnalist matul l-EU Summit, Roberta Metsola tat indikazzjoni li tefgħet għajnejha fuq it-tieni mandat bħala President tal- Parlament Ewropew. ĠUNJU Rari naraw rebħa li tinkwieta lir-rebbieħ, iżda r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej hekk għamlu lil-Laburisti. F'din l-edizzjoni l-ILLUM tkellem ma' membri midħla tal-PL li jgħidu li għadhom qed jistennew l-ewwel sinjali konkreti tal-pass 'il quddiem. OTTUBRU L-akbar inkwiet għall-Maltin huma l-barranin. Dan joħroġ f 'sondaġġ ieħor tal-MaltaToday, li jitfa' l-periklu bħala t-tħassib ewlieni tal-partitarji Laburisti, u l-korruzzjoni bħala t-tħassib ewlieni tal-partitarji Nazzjonalisti. MARZU Il-gazzetta ILLUM tiżvela li l-linja nazzjonali Maltija, KM Malta Airlines, se tneħħi l-ilsien Malti bħala rekwiżit għal impjieg magħhom. LULJU F'kummenti lil dan il-ġurnal, il-President tal-Assoċjazzjoni Medika jgħid li Malta ħliet 11-il sena, fid-dawl tal-kriżi li laqtet lil Mater Dei. Tħabbar li se jitkabbar id-Dipartiment tal-Emerġenza filwaqt li xi uffiċini kienu se jiċċaqilqu fil-binja l-antika tal-HSBC fis-Swatar. NOVEMBRU L-iskandlu ta' Clayton Bartolo jqajjem tħassib fost il-Laburisti, b'numru ta' partitarji Laburisti jgħidu li dan inkwetahom iktar mill-iskandlu Vitals. APRIL Il-gazzetta ILLUM tfakkar lin-nies li l-moħħ wara t-tender ta' Bonnici Brothers biex 'tinbena power station żgħira', għas-somma ta' €37 miljun, kien George Farrugia, il- moħħ wara l-iskandlu taż-żejt fl-2013. AWWISSU Ministri tal-Gvern ta' Robert Abela jgħidu lill-gazzetta ILLUM li l-preżenza ta' Jason Micallef fil-Partit bħala Deputat Mexxej twassal fiċ-ċert għal telfa garantita. Din ir-reazzjoni ġiet wara li Micallef tefa' ismu fl- elezzjoni interna tal-PL għal Deputat Mexxej. DIĊEMBRU Tensjoni fil-Partit Laburista, b'bosta partitarji mhux kuntenti bit-tmexxija. L-ILLUM kienet infurmata minn sors qarib il-kabinett li minkejja kollox, il-membri Laburisti, kemm fl-amministrazzjoni, kif ukoll fil-Parlament, qablu li l-aħjar għażla jibqa' Robert Abela. 10 ħarsa lura lejn l-2024 IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Marianna Calleja tiġbor l-aqwa avvenimenti politiċi, stejjer esklussivi, u dawk prinċipali tal- 2024, permezz ta' ħarsa lejn 12-il faċċata tal-gazzetta ILLUM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 December 2024