MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 ħarsa lura lejn l-2024 illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 "Kull każ għandu jittieħed b'serjetà kbira,. Dan m'għandux jinkludi biss dawk l-inċidenti fuq siti ta' kostruzzjoni, anzi rridu nimxu lejn soċjetà li jimpurtaha minn kull ħaddiem biex flimkien inżidu l-kuxjenza u l-għarfien dwar l-importanza tas- salvagwardja tas-saħħa u s-sigurtà fuq kull xogħol." Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, 14 ta' Lulju 2024 "Jekk il-Gvern mhux se jdaħħal inċentivi u/jew skemi fiskali illi jippromovu bini effiċjenti, dan ifisser illi l-prezz aħħari se jbatih il-konsumatur, u b'hekk, iva, il-prezzijiet tad-djar se jkollhom jiżdiedu." Is-CEO tal-Assoċjazzjoni għall-Iżvilupp, Leon Chetcuti, 29 ta' Settembru 2024 "Nemmnu li t-taxxa korporattiva hija waħda għolja u għaldaqstant nemmnu li wasal iż-żmien li din titnaqqas, kif fil-fatt kien imwiegħed, anke għaliex f 'dan l-istadju qed jeżisti żbilanċ bejn negozji Maltin u negozji barranin, b'negozji Maltin iħallsu 35% taxxa u negozji barranin iħallsu taxxa effettiva ta' 5%." Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Paul Abela, 17 ta' Novembru 2024 "Jien dejjem iddefendejt bil-kbir lil kull mexxej li kellu l-PL u hekk għandu jkun. Joseph Muscat wieħed minnhom. Jien konsistenti dejjem u kullimkien." L-Eks Segretarju Ġenerali tal-PL, Jason Micallef, 4 t'Awwissu 2024 "Qegħdin naraw issa l-ħeġġa li għandhom il-politiċi biex jibdlu l-Pjanijiet Lokali ta' San Ġiljan! Huwa ċar li l-interess tagħhom m'għandu x'jaqsam xejn affattu mal-interessi tar-residenti u kostitwenti tagħhom. L-effetti ta' dawn id-deċiżjonijiet se narawhom fil-futur qarib meta tikkollassa l-infrastruttura f'dawn iż-żoni. Din hija politika egoista mingħajr viżjoni." President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa, Patrick Calleja, 13 t'Ottubru 2024 "Iktar ma Robert Abela jkompli jiddefendi din l-imġiba u jiskuża dan l-aġir, iżjed ikompli jrawwem din il-kultura. U finalment mhux il-PN imma l-poplu se jispiċċa jżommu responsabbli ta' dan it-tnawwir li hu qed jibqa' jbierek." Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport, Mark Anthony Sammut, 1 ta' Diċembru 2024 Minn politiċi, għal artisti, awtoritajiet u attivisti. Dawn huma l-aqwa kwotazzjonijiet mill- intervisti li l-gazzetta ILLUM ippubblikat kull nhar ta' Ħadd.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 December 2024